Kawża C‑117/10
Il-Kummissjoni Ewropea
vs
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
“Rikors għal annullament — Għajnuna mill-Istat — Artikolu 88(1) u (2) KE — Għajnuna mogħtija mir-Repubblika tal-Polonja bil-għan li tinxtara art agrikola — Kompetenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea — Skema ta’ għajnuna eżistenti — Adeżjoni tar-Repubblika tal-Polonja mal-Unjoni Ewropea — Għajnuna mogħtija qabel l-adeżjoni — Miżuri xierqa — Natura indissoċjabbli ta’ żewġ skemi ta’ għajnuna — Bdil fiċ-ċirkustanzi — Ċirkustanzi eċċezzjonali — Kriżi ekonomika — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Prinċipju ta’ proporzjonalità”
Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-4 ta’ Diċembru 2013
Għajnuna mogħtija mill-Istati – Setgħa tal-Kunsill li jawtorizza għajnuna derogatorja minħabba ċirkustanzi eċċezzjonali – Kundizzjonijiet għall-eżerċizzju – Riferiment lill-Kunsill mill-Istat Membru kkonċernat qabel id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u teħid ta’ deċiżjoni f’terminu ta’ tliet xhur – Limitu – Tfixkil ta’ deċiżjoni preċedenti tal-Kummissjoni
(Artikolu 88(2) KE (li sar l-Artikolu 108(2) TFUE))
Għajnuna mogħtija mill-Istati – Setgħa tal-Kunsill li jawtorizza għajnuna derogatorja minħabba ċirkustanzi eċċezzjonali – Kundizzjonijiet għall-eżerċizzju – Għajnuna marbuta b’mod indissoċjabbli ma għajnuna diġà ddikjarata inkompatibbli mas-suq intern mill-Kummissjoni – Għajnuna mogħtija qabel l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Polonja mal-Unjoni Ewropea v – Osservanza tal-prinċipju ta’ ċertezza legali – Limiti – Bidla maġġuri fiċ-ċirkustanzi ekonomiċi u finanzjarji
(Artikoli 87 KE, 88 KE u 89 KE (li saru l-Artikolu 107 TFUE, 108 TFUE U 109 TFUE); Att ta’ Adeżjoni tal-2003, Anness IV, Punt 4)
Rikors għal annullament – Motivi – Użu ħażin ta’ poter – Kunċett
(Artikolu 230 KE)
Agrikoltura – Regoli tal-kompetizzjoni – Għajnuna – Awtorizzazzjoni ta’ għajnuna derogatorja mill-Kunsill – Stħarriġ ġudizzjarju – Limiti – Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza għajnuna mill-Istat Pollakk bil-għan li tinxtara art agrikola li tappartjeni lilu wara kriżi ekonomika u finanzjarja – Assenza ta’ żball manifest ta’ evalwazzjoni
(it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 88(2) KE (li sar it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 108(2) TFUE)
Għajnuna mogħtija mill-Istati – Setgħa tal-Kunsill li jawtorizza għajnuna derogatorja minħabba ċirkustanzi eċċezzjonali – Kundizzjonijiet għall-eżerċizzju – Ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità – Assenza – Elementi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni
(it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 88(2) KE (li sar it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 108(2) TFUE)
Għalkemm ir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 88(2) KE jipprovdi li l-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni meta l-Kunsill ma jkunx adotta pożizzjoni f’terminu ta’ tliet xhur mit-talba mressqa minn Stat Membru biex għajnuna mill-Istat titqies kompatibbli mas-suq komuni, din ir-regola tapplika biss fil-każ li l-Kummissjoni tkun diġà bdiet il-proċedura stabbilita fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 88(2) KE, mingħajr ma tkun adottat id-deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni. Fil-fatt, mit-tielet u mir-raba’ subparagrafi tal-Artikolu 88(2) KE jirriżulta li dan il-limitu temporali fil-kompetenza tal-Kunsill huwa unikament intiż biex jiġi evitat li s-sospensjoni tal-proċedura mibdija mill-Kummissjoni, li tinvolvi proċedura quddiem il-Kunsill, tiġi mtawla, b’riskju li tiġi pparalizzata l-azzjoni tal-Kummissjoni u li b’hekk jiddgħajjef ir-rwol ċentrali li jirriżervawlha l-Artikoli 87 KE u 88 KE għar-rikonoxximent tal-eventwali nuqqas ta’ kompatibbiltà ta’ għajnuna.
Barra minn hekk, fid-dawl ta’ dan ir-rwol ċentrali li t-Trattat FUE jirriżerva lill-Kummissjoni għar-rikonoxximent tan-nuqqas ta’ kompatibbiltà eventwali ta’ għajnuna mas-suq intern, it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 88(2) KE jikkonċerna każ eċċezzjonali u partikolari, minkejja li s-setgħa tal-Kunsill abbażi ta’ din id-dispożizzjoni għandha manifestament karattru eċċezzjonali. Dan jimplika li din id-dispożizzjoni għandha neċessarjament tkun is-suġġett ta’ interpretazzjoni stretta.
Fir-rigward tat-tielet u tar-raba’ subparagrafi tal-Artikolu 88(2) KE, li, minn naħa, jistabbilixxu li meta Stat Membru jressaq il-kwistjoni quddiem il-Kunsill, l-eżami li jkun qed isir mill-Kummissjoni jiġi sospiż għal terminu ta’ tliet xhur u, min-naħa l-oħra, li fin-nuqqas ta’ deċiżjoni tal-Kunsill f’dan it-terminu, il-Kummissjoni għandha tagħti deċiżjoni, dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jiġu interpretati fis-sens li, meta l-imsemmi terminu jkun skada, il-Kunsill ma jkunx iktar kompetenti li jadotta deċiżjoni taħt l-imsemmi tielet subparagrafu fir-rigward tal-għajnuna kkonċernata. Għalhekk, jekk ma tkun tressqet ebda talba lill-Kunsill mill-Istat Membru kkonċernat, abbażi tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 88(2) KE, il-Kunsill ma jkunx iktar awtorizzat jeżerċita s-setgħa eċċezzjonali li jikkonferilu l-imsemmi tielet subparagrafu ta’ din l-aħħar dispożizzjoni għall-finijiet li tali għajnuna tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq intern.
Din l-interpretazzjoni tippermetti li tiġi evitata l-adozzjoni ta’ deċiżjonijiet li d-dispożittiv tagħhom ikun jirriżulta kontradittorju u b’hekk tikkontribwixxi għaċ-ċertezza legali.
Il-Kunsill lanqas ma jista’ jfixkel l-effettività tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara għajnuna illegali billi jiddikjara kompatibbli mas-suq intern, abbażi tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 88(2) KE, għajnuna intiża biex tikkumpensa, favur il-benefiċjarji tal-għajnuna illegali ddikjarata inkompatibbli mas-suq intern, ir-rimborsi li dawn għandhom jagħmlu b’applikazzjoni tad-deċiżjoni msemmija.
(ara l-punti 34, 35, 51-54, 57)
Għall-applikazzjoni tal-Artikolu 88(2) KE, il-kompetenzi rispettivi tal-Kunsill u tal-Kummissjoni huma delimitati b’tali mod li, l-ewwel nett, il-kompetenza tal-Kummissjoni tiġi eżerċitata b’mod prinċipali, fejn il-Kunsill huwa kompetenti biss f’ċirkustanzi eċċezzjonali. It-tieni nett, il-kompetenza tal-Kunsill, li tippermetti li dan jidderoga, fid-deċiżjoni tiegħu, minn ċerti dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar l-għajnuna mill-Istat, għandha tiġi eżerċitata f’kuntest temporali determinat. It-tielet nett, minn meta l-Kummissjoni jew il-Kunsill ikunu ddeċidew definittivament dwar il-kompatibbiltà ta’ għajnuna inkwistjoni, l-istituzzjoni l-oħra ma tkunx tista’ iktar tadotta deċiżjoni f’sens kuntrarju.
F’dan il-kuntest, huwa irrilevanti jekk l-għajnuna li hija s-suġġett tad-deċiżjoni tal-Kunsill tikkostitwixxix għajnuna eżistenti jew għajnuna ġdida. Fil-fatt, l-effettività tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni titqiegħed indiskussjoni mhux biss meta l-Kunsill jadotta deċiżjoni li tiddikjara kompatibbli mas-suq intern għajnuna li hija l-istess bħal dik li l-Kummissjoni diġà ddeċidiet dwarha, iżda wkoll meta l-għajnuna li hija s-suġġett tad-deċiżjoni tal-Kunsill tkun għajnuna intiża biex tikkumpensa, favur il-benefiċjarji tal-għajnuna illegali ddikjarata inkompatibbli mas-suq intern, ir-rimborsi li dawn għandhom jagħmlu b’applikazzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni. F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-tieni għajnuna hija marbuta b’mod tant indissoċjabbli ma’ dik li n-nuqqas ta’ kompatibbiltà tagħha mas-suq intern ġie preċedentement ikkonstatat mill-Kummissjoni, li jkun b’mod artifiċjali ħafna li taparsi ssir distinzjoni bejn dawn l-iskemi għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 88(2) KE.
F’dawn iċ-ċirkustanzi, meta l-Kummissjoni fl-eżerċizzju tal-kompetenzi tagħha skont l-Artikoli 87 KE u 88 KE, tistabbilixxi linji gwida li għandhom l-għan li jindikaw il-mod li bih hija għandha l-intenzjoni teżerċita, abbażi tal-istess Artikoli, is-setgħa diskrezzjonali tagħha fir-rigward ta’ għajnuna ġdida jew eżistenti, u tipproponi lill-Istati Membri l-miżuri xierqa meħtieġa mill-iżvilupp progressiv jew mill-funzjonament tas-suq intern u meta dawn il-miżuri jiġu aċċettati minn Stat Membru u b’hekk ikollhom effett vinkolanti fir-rigward ta’ dan tal-aħħar, l-obbligi ta’ Stat Membru wara tali aċċettazzjoni ta’ dawn il-proposti jkunu jirrigwardaw biss skemi ta’ għajnuna eżistenti u ma japplikawx għal skema ta’ għajnuna ġdida li tista’ b’mod korrelattiv tiġi kkunsidrata bħala kompatibbli mas-suq intern mill-Kunsill.
Madankollu, il-Kunsill ma jistax jinvoka s-sempliċi natura ġdida ta’ skema ta’ għajnuna biex jeżamina mill-ġdid sitwazzjoni li l-Kummissjoni diġà għamlet evalwazzjoni definittiva dwarha u b’hekk jikkontradixxi din l-evalwazzjoni. Għalhekk, il-Kunsill ma huwiex kompetenti biex jiddeċiedi li skema ta’ għajnuna ġdida għandha titqies bħala kompatibbli mas-suq intern meta din tkun marbuta b’mod tant indissoċjabbli ma’ skema ta’ għajnuna eżistenti li Stat Membru jkun intrabat li jemenda jew li jneħħi, fil-kuntest stabbilit fl-Artikolu 88(1) KE, li jkun b’mod artifiċjali ħafna li taparsi ssir distinzjoni bejn dawn iż-żewġ skemi għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 88(2) KE.
Madankollu, l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni dwar dawn l-iskemi ta’ għajnuna ma tistax titqies li tippreġudika l-evalwazzjoni li għandha tiġi applikata f’kuntest ekonomiku radikalment differenti minn dak li kienet ħadet inkunsiderazzjoni l-Kummissjoni. Dan huwa l-każ meta jkun hemm bidla maġġuri bħal kriżi ekonomika u finanzjarja. Isegwi li l-kompatibbiltà mas-suq intern tal-iskema ta’ għajnuna ġdida li kienet is-suġġett ta’ talba indirizzata lill-Kunsill mill-Istat Membru abbażi tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 88(2) KE għandha tiġi evalwata fl-aħħar ta’ evalwazzjoni individwali distinta minn dik li kienet suġġetta għaliha l-iskema evalwata mill-Kummissjoni, magħmula b’kunsiderazzjoni taċ-ċirkustanzi ekonomiċi rilevanti fil-mument meta tingħata din l-għajnuna.
(ara l-punti 58, 60, 62, 63, 75, 76, 82, 89)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punt 96)
Il-Kunsill igawdi, għall-applikazzjoni tal-tielet subparagrafu tal-Artikolu 88(2) KE, minn setgħa diskrezzjonali wiesgħa li l-eżerċizzju tagħha jinvolvi evalwazzjonijiet kumplessi ta’ natura ekonomika u soċjali li għandhom isiru fil-kuntest tal-Unjoni. F’dan il-kuntest, l-istħarriġ ġudizzjarju applikat għall-eżerċizzju ta’ din is-setgħa diskrezzjonali għandu jkun limitat għall-verifika tal-osservanza tar-regoli tal-proċedura u tal-motivazzjoni, kif ukoll għall-ivverifikar tal-eżattezza materjali tal-fatti kkonstatati u li ma kienx hemm żball ta’ dritt, żball manifest fl-evalwazzjoni tal-fatti jew użu ħażin ta’ poter. Għaldaqstant, fid-dawl tal-karattru mhux tas-soltu u imprevedibbli kif ukoll tal-firxa tal-effetti tal-kriżi ekonomika u finanzjarja fuq l-agrikoltura Pollakka, il-Kunsill ma jistax jitqies li wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni meta kkunsidra li dawn l-effetti kienu jikkostitwixxu ċirkustanzi eċċezzjonali fis-sens tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 88(2) KE. Il-fatt li l-kriżi ekonomika u finanzjarja ħolqot ukoll effetti kunsiderevoli fi Stati Membri oħra ma huwiex determinanti, peress li din iċ-ċirkustanza ma għandhiex effett fuq in-natura eċċezzjonali tal-effetti ta’ din il-kriżi f’dak li jikkonċerna l-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika tal-agrikolturi Pollakki.
(ara l-punti 113-115)
F’dak li jikkonċerna l-osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, huwa biss il-karattru manifestament mhux xieraq ta’ miżura adottata abbażi tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 88(2) KE fil-konfront tal-għan li l-Kunsill irid jilħaq li jista’ jaffettwa l-legalità ta’ tali miżura. B’hekk, fid-dawl tal-firxa tas-setgħa diskrezzjonali tal-Kunsill, deċiżjoni tiegħu li tawtorizza għajnuna mill-Istat bil-għan li tinxtara art agrikola ma tistax titqies li tikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità minħabba s-sempliċi fatt li kien previst li l-Istat Membru inkwistjoni jwettaq għanijiet relattivi għal-limitazzjoni tal-faqar fiż-żoni rurali tal-Polonja permezz ta’ tip ieħor ta’ skema ta’ għajnuna. Għalhekk, is-setgħa diskrezzjonali wiesgħa tal-Kunsill ma teħilsux mill-obbligu li jieħu inkunsiderazzjoni, fl-evalwazzjoni tiegħu, il-miżuri preeżistenti speċifikament intiżi bħala rimedju għaċ-ċirkustanzi eċċezzjonali li ġġustifikaw l-awtorizzazzjoni tal-iskema ta’ għajnuna inkwistjoni.
(ara l-punti 130, 131, 138, 139)
Kawża C‑117/10
Il-Kummissjoni Ewropea
vs
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
“Rikors għal annullament — Għajnuna mill-Istat — Artikolu 88(1) u (2) KE — Għajnuna mogħtija mir-Repubblika tal-Polonja bil-għan li tinxtara art agrikola — Kompetenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea — Skema ta’ għajnuna eżistenti — Adeżjoni tar-Repubblika tal-Polonja mal-Unjoni Ewropea — Għajnuna mogħtija qabel l-adeżjoni — Miżuri xierqa — Natura indissoċjabbli ta’ żewġ skemi ta’ għajnuna — Bdil fiċ-ċirkustanzi — Ċirkustanzi eċċezzjonali — Kriżi ekonomika — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Prinċipju ta’ proporzjonalità”
Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-4 ta’ Diċembru 2013
Għajnuna mogħtija mill-Istati — Setgħa tal-Kunsill li jawtorizza għajnuna derogatorja minħabba ċirkustanzi eċċezzjonali — Kundizzjonijiet għall-eżerċizzju — Riferiment lill-Kunsill mill-Istat Membru kkonċernat qabel id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u teħid ta’ deċiżjoni f’terminu ta’ tliet xhur — Limitu — Tfixkil ta’ deċiżjoni preċedenti tal-Kummissjoni
(Artikolu 88(2) KE (li sar l-Artikolu 108(2) TFUE))
Għajnuna mogħtija mill-Istati — Setgħa tal-Kunsill li jawtorizza għajnuna derogatorja minħabba ċirkustanzi eċċezzjonali — Kundizzjonijiet għall-eżerċizzju — Għajnuna marbuta b’mod indissoċjabbli ma għajnuna diġà ddikjarata inkompatibbli mas-suq intern mill-Kummissjoni — Għajnuna mogħtija qabel l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Polonja mal-Unjoni Ewropea v — Osservanza tal-prinċipju ta’ ċertezza legali — Limiti — Bidla maġġuri fiċ-ċirkustanzi ekonomiċi u finanzjarji
(Artikoli 87 KE, 88 KE u 89 KE (li saru l-Artikolu 107 TFUE, 108 TFUE U 109 TFUE); Att ta’ Adeżjoni tal-2003, Anness IV, Punt 4)
Rikors għal annullament — Motivi — Użu ħażin ta’ poter — Kunċett
(Artikolu 230 KE)
Agrikoltura — Regoli tal-kompetizzjoni — Għajnuna — Awtorizzazzjoni ta’ għajnuna derogatorja mill-Kunsill — Stħarriġ ġudizzjarju — Limiti — Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza għajnuna mill-Istat Pollakk bil-għan li tinxtara art agrikola li tappartjeni lilu wara kriżi ekonomika u finanzjarja — Assenza ta’ żball manifest ta’ evalwazzjoni
(it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 88(2) KE (li sar it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 108(2) TFUE)
Għajnuna mogħtija mill-Istati — Setgħa tal-Kunsill li jawtorizza għajnuna derogatorja minħabba ċirkustanzi eċċezzjonali — Kundizzjonijiet għall-eżerċizzju — Ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità — Assenza — Elementi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni