Keywords
Summary

Keywords

Dispożizzjonijiet fiskali — Armonizzazzjoni tal-liġijiet — Taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud — Valur taxxabbli

(Direttiva tal-Kunsill 2006/112, punt (a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 78)

Summary

Taxxa fuq il-vetturi li, il-fatt li jiġġeneraha huwa marbut direttament mal-provvista ta’ vettura li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din it-taxxa u li hija mħallsa mill-fornitur ta’ din il-vettura, taqa’ taħt il-kunċett ta’ “taxxi, dazji, imposti u piżijiet”, fis-sens tal-punt (a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 78 tad-Direttiva 2006/112/KE, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud u, b’applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, għandha tkun inkluża fil-valur taxxabbli tat-taxxa fuq il-valur miżjud tal-provvista tal-imsemmija vettura.

Is-somom imħallsa mill-fornitur bħala l-imsemmija taxxa fuq il-vetturi dovuta fuq il-produzzjoni, il-kostruzzjoni, l-introduzzjoni jew l-importazzjoni fit-territorju ta’ Stat Membru ta’ vetturi li r-reġistrazzjoni tagħhom f’dan l-Istat Membru hija obbligatorja, jiżdiedu mal-valur tal-vettura pprovduta. Ix-xerrej ta’ vettura suġġetta għall-imsemmija taxxa fuq il-vetturi, imħallsa mill-fornitur f’ismu u għan-nom tiegħu stess, ikun qiegħed għaldaqstant iħallas tranżazzjoni preċedenti mwettqa minn din il-persuna taxxabbli.

(ara l-punti 34, 37, 42 u d-dispożittiv)