Kawża C-39/10
Il-Kummissjoni Ewropea
vs
Ir-Repubblika tal-Estonja
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Moviment liberu tal-ħaddiema — Taxxa fuq id-dħul — Tnaqqis — Pensjonijiet tal-irtirar — Impatt fuq il-pensjonijiet ta’ ammont baxx — Diskriminazzjoni bejn persuni taxxabbli residenti u dawk li ma humiex residenti”
Sommarju tas-sentenza
Proċedura – Rikors promotur – Rekwiżiti proċedurali – Identifikazzjoni tas-suġġett tal-kawża – Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati – Formulazzjoni mhux ekwivoka tat-talbiet tar-rikorrent
(Artikolu 258 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 38(1)(c))
Moviment liberu tal-persuni – Ħaddiema – Ugwaljanza fit-trattament – Taxxa fuq id-dħul – Leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi lill-persuni rtirati mhux residenti, li ma humiex taxxabbli fl-Istat Membru tar-residenza tagħhom minħabba l-ammont baxx tal-pensjonijiet tagħhom, mill-benefiċċju ta’ tnaqqis – Inammissibbiltà
(Artikolu 45 TFUE; Ftehim ŻEE, Artikolu 28)
Mill-Artikolu 38(1)(c) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja u mill-ġurisprudenza dwar din id-dispożizzjoni jirriżulta li kull rikors promotur għandu jindika b’mod ċar u preċiż is-suġġett tal-kawża kif ukoll sunt tal-motivi invokati sabiex b’hekk il-konvenut ikun jista’ jipprepara d-difiża tiegħu u sabiex il-Qorti tal-Ġustizzja tkun tista’ teżerċita l-istħarriġ tagħha. Minn dan jirriżulta li l-punti ta’ fatt u ta’ liġi essenzjali li fuqhom ikun ibbażat rikors għandhom jirriżultaw b’mod koerenti u komprensibbli mit-test stess tar-rikors u li t-talbiet tar-rikors għandhom ikunu fformulati b’mod inekwivoku sabiex b’hekk jiġi evitat li l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi ultra petita jew inkella tonqos milli tiddeċiedi dwar ilment.
F’dan id-dawl, fil-kuntest ta’ rikors ippreżentat skont l-Artikolu 258 TFUE, ir-rikors għandu jippreżenta l-ilmenti b’mod koerenti u preċiż sabiex b’hekk l-Istat Membru u l-Qorti tal-Ġustizzja jkunu jistgħu jifhmu eżattament il-portata tal-allegat ksur tad-dritt tal-Unjoni, kundizzjoni din li hija neċessarja sabiex l-Istat imsemmi jkun jista’ jsostni effettivament il-motivi ta’ difiża tiegħu u sabiex il-Qorti tal-Ġustizzja tkun tista’ tivverifika l-eżistenza tan-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu allegat.
(ara l-punti 24, 26)
Stat Membru li jeskludi lill-persuni rtirati mhux residenti mill-benefiċċju tat-tnaqqis previst mil-Liġi dwar it-taxxa fuq id-dħul ta’ dan l-Istat meta, fid-dawl tal-ammont baxx tal-pensjonijiet tagħhom, dawn il-persuni ma humiex, skont il-leġiżlazzjoni fiskali tal-Istat Membru ta’ residenza, taxxabbli f’dan l-Istat tal-aħħar, jonqos milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 45TFUE u taħt l-Artikolu 28 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea.
Fil-fatt, leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tieħux inkunsiderazzjoni s-sitwazzjoni personali u familjari tal-persuni taxxabbli kkonċernati, hija ta’ natura li tippenalizza lill-persuni li użaw il-possibbiltajiet miftuħa mir-regoli dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema u, għalhekk, jirriżulta li hija inkompatibbli mar-rekwiżiti tat-Trattati kif jirriżultaw mill-Artikolu 45 TFUE.
(ara l-punti 58, 68 u d-dispożittiv)
Kawża C-39/10
Il-Kummissjoni Ewropea
vs
Ir-Repubblika tal-Estonja
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Moviment liberu tal-ħaddiema — Taxxa fuq id-dħul — Tnaqqis — Pensjonijiet tal-irtirar — Impatt fuq il-pensjonijiet ta’ ammont baxx — Diskriminazzjoni bejn persuni taxxabbli residenti u dawk li ma humiex residenti”
Sommarju tas-sentenza
Proċedura — Rikors promotur — Rekwiżiti proċedurali — Identifikazzjoni tas-suġġett tal-kawża — Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati — Formulazzjoni mhux ekwivoka tat-talbiet tar-rikorrent
(Artikolu 258 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 38(1)(c))
Moviment liberu tal-persuni — Ħaddiema — Ugwaljanza fit-trattament — Taxxa fuq id-dħul — Leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi lill-persuni rtirati mhux residenti, li ma humiex taxxabbli fl-Istat Membru tar-residenza tagħhom minħabba l-ammont baxx tal-pensjonijiet tagħhom, mill-benefiċċju ta’ tnaqqis — Inammissibbiltà