KONKLUŻJONIJIET TAL-AVUKAT ĠENERALI

VERICA TRSTENJAK,

ippreżentati fis-16 ta’ Diċembru 2010 (1)

Kawża C‑29/10

Heiko Koelzsch

vs

Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

[Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour d’appel (il‑Lussemburgu)]

“Konvenzjoni ta’ Ruma tad-19 ta’ Ġunju 1980 dwar il-liġi applikabbli għall‑obbligi kuntrattwali – Artikolu 6 – Kuntratti ta’ xogħol – Dispożizzjonijiet obbligatorji dwar il-protezzjoni tad-drittijiet tal‑ħaddiema – Pajjiż fejn il-ħaddiem abitwalment iwettaq ix-xogħol tiegħu – Ħaddiem li jwettaq xogħlu f’bosta pajjiżi – Ġurisprudenza dwar l‑Artikolu 5(1) tal-Konvenzjoni ta’ Brussell – Pajjiż fejn jew minn fejn il-ħaddiem iwettaq il-biċċa l-kbira tal-obbligi tiegħu lejn il-persuna li timpjegah – L-Ewwel Protokoll dwar l-interpretazzjoni tal-Konvenzjoni ta’ Ruma”

I –   Introduzzjoni

II – Il-kuntest ġuridiku

A –   Konvenzjoni ta’ Ruma

B –   Konvenzjoni ta’ Brussell

C –   Dritt tal-Unjoni 

1.     Regolament Ruma I

2.     Regolament Nru 44/2001

D –   Dritt Nazzjonali

III – Fatti, proċedura prinċipali u domandi preliminari

IV – Proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja

V –   L-argumenti tal-partijiet

A –   Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja

B –   Id-domanda preliminari

VI – Evalwazzjoni tal-Avukat Ġenerali

A –   Introduzzjoni

B –   Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja

C –   Il-kwistjoni tal-bażi legali għar-responsabbiltà tal-Istat f’din il-kawża

D –   Analiżi tad-domanda preliminari

1.     Il-Konvenzjoni ta’ Ruma u l-protezzjoni tal-ħaddiem bħala l-parti l-iktar dgħajfa fil-kuntratt.

2.     Ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-Artikolu 5(1) tal-Konvenzjoni ta’ Brussell

3.     Possibbiltà tal-applikazzjoni tal-ġurisprudenza dwar il-Konvenzjoni ta’ Brussell għall-interpretazzjoni tal-Konvenzjoni ta’ Ruma

a)     Interpretazzjoni litterali

b)     Interpretazzjoni storika

c)     Interpretazzjoni sistematika

d)     Interpretazzjoni teleoloġika

e)     Limitazzjonijiet tal-interpretazzjoni parallela

4.     Kriterji li l-qorti nazzjonali għandha tieħu inkunsiderazzjoni

E –   Konklużjoni

VII – Konklużjonijiet





I –    Introduzzjoni

1.        Din il-kawża tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Konvenzjoni ta’ Ruma, tad-19 ta’ Jannar 1980, dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali (iktar ’il quddiem il-“Konvenzjoni ta’ Ruma” (2). Din il-konvenzjoni kienet ġiet konkluża bl-għan li jiġu standardizzati r-regoli tal-kunflitt tal-liġijiet tal-Istati kontraenti; din żiedet iċ-ċertezza legali u eliminat id-dubji dwar il-liġi applikabbli għal relazzjonijiet kuntrattwali. Il-Konvenzjoni ta’ Ruma ġiet sostitwita bir-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta’ Ġunju 2008, dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (3) Ruma I (iktar ’il quddiem ir-“Regolament Ruma I”) (4). Dan ir-regolament għandu japplika għal kuntratti konklużi wara s-17 ta’ Diċembru 2009 (5). Peress li f’din il-kawża l-kuntratt ta’ xogħol inkwistjoni ġie ffirmat fl-1998, huma d-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Ruma li japplikaw għalih.

2.        Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Qorti tal-Ġustizzja”) hija msejħa f’din il-kawża biex tirrispondi għal domanda preliminari dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni ta’ Ruma b’rabta mal-liġi applikabbli għall-kuntratti ta’ xogħol. Din il-kawża, ċertament, ma hijiex l-ewwel waħda fejn il-Qorti tal-Ġustizzja hija msejħa sabiex tinterpreta l-Konvenzjoni ta’ Ruma (6), iżda hija l-ewwel darba fejn għandha tinterpreta l-Artikolu 6 ta’ din il-konvenzjoni fir-rigward tal-liġi applikabbli għall-kuntratti ta’ xogħol individwali (7). F’dan il-kuntest, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha qabel xejn teżamina jekk il-ġurisprudenza dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 5(1) tal-Konvenzjoni ta’ Brussell tistax tkun sors ta’ ispirazzjoni għall-interpretazzjoni tal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni ta’ Ruma jew, b’mod iktar preċiż, għall-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ “post fejn il-ħaddiem abitwalment iwettaq ix-xogħol tiegħu” li jinsab f’dan l-artikolu (8). F’din l-okkażjoni hija għandha, minn naħa, titlaq mill-premessa li ż-żewġ strumenti legali jagħmlu użu minn terminoloġija simili u min-naħa l-oħra, tikkunsidra l-limitazzjonijiet tal-interpretazzjoni parallela tal-Konvenzjoni ta’ Brussell u l-Konvenzjoni ta’ Ruma.

3.        F’dan il-każ, id-domanda preliminari tqum fil-kuntest ta’ kawża bejn H. Koelzsch, xufier ta’ trasport internazzjonali, residenti fil-Ġermanja u l-Gran Dukat tal-Lussemburgu, u tirrigwarda azzjoni għal danni minħabba allegata applikazzjoni żbaljata tal-Konvenzjoni ta’ Ruma mill-qrati Lussemburgiżi. H. Koelzsch isostni li fil-kuntest ta’ din il-kawża huwa d-dritt Ġermaniż u mhux id-dritt Lussemburgiż li japplika fil-kwistjoni ta’ terminazzjoni ta’ kuntratt ta’ xogħol, u jinvoka f’dan ir-rigward id-dispożizzjonijiet obbligatorji dwar il-protezzjoni tad-drittijiet tal-ħaddiema li jinsabu fil-liġi Ġermaniża. Peress li f’din il-kawża, il-qrati tax-xogħol tal-Lussemburgu applikaw id-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-Lussemburgu u mhux tal-liġi Ġermaniża, huwa ressaq azzjoni għal danni kontra l-Istat tal-Lussemburgu bbażat fuq allegazzjoni ta’ funzjonament difettuż tal-qrati ta’ dan il-pajjiż.

II – Il-kuntest ġuridiku

A –    Konvenzjoni ta’ Ruma

4.        L-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni ta’ Ruma bit-titolu “Libertà ta’ l-għażla” jipprovdi:

“Kuntratt għandu jkun regolat mil-liġi magħżula mill-partijiet. L-għażla għandha tkun espressa jew murija b’ċertezza raġjonevoli mill-klawsoli tal-kuntratt jew miċ-ċirkostanzi tal-każ. Permezz tal-għażla tagħhom, il-partijiet jistgħu jiftiehmu fuq il-liġi applikabbli għall-kuntratt kollu jew għal parti minnu.

[…]”

5.        Skont l-Artikolu 4 tal-Konvenzjoni, bit-titolu “Liġi applikabbli fin-nuqqas ta’ għażla”:

“1. Safejn il-liġi applikabbli għall-kuntratt ma tkunx intgħażlet skond l-Artikolu 3, il-kuntratt għandu jkun regolat mil-liġi tal-pajjiż li miegħu ikollu l-eqreb rabta. Madankollu parti separabbli tal-kuntratt li jkollha rabta eqreb ma’ pajjiż ieħor tista’ eċċezzjonalment tkun regolata mil-liġi ta’ dak il-pajjiż l-ieħor”.

[…]”

6.        Skont l-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni ta’ Ruma, bit-titolu “Kuntratt individwali ta’ impjieg”:

“1. Minkejja d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 3, fil-kuntratt ta’ impjieg, l-għażla ta’ liġi magħmula [applikabbli] mill-partijiet ma għandhiex ikollha r-riżultat li ċċaħħad lill-impjegat mill-protezzjoni mogħtija lilu permezz mir-regoli mandatorji tal-liġi li għandha tkun applikabbli skond il-paragrafu 2 fin-nuqqas ta’ għażla.

2. Minkejja d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 4, kuntratt ta’ impjieg għandu, fin-nuqqas ta’ għażla skond l-Artikolu 3, jkun regolat:

a) bil-liġi tal-pajjiż li fih l-impjegat issoltu jagħmel ix-xogħol tiegħu fl-eżekuzzjoni tal-kuntratt, ukoll jekk ikun temporanjament impjegat f’pajjiż ieħor; jew

b) jekk l-impjegat mhux soltu jagħmel ix-xogħol tiegħu f’pajjiż wieħed, skond il-liġi tal-pajjiż fejn il-post tan-negozju li minnu jkun tqabbad ikun jinsab;

sakemm ma jkunx jidher miċ-ċirkostanzi kollha li l-kuntratt ikollu rabta eqreb ma’ pajjiż ieħor, f’liema każ il-kuntratt għandu jkun regolat mil-liġi ta’ dak il-pajjiż.”

7.        L-Ewwel Protokoll dwar l-interpretazzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej tal-Konvenzjoni dwar il-liġi applikabbli fl-obbligi kuntrattwali miftuħa għall-firem f’Ruma fid-19 ta’ Ġunju 1980 (9) (iktar ’il quddiem l-“Ewwel Protokoll dwar l-interpretazzjoni tal-Konvenzjoni ta’ Ruma”) jipprovdi fl-Artikolu 1:

“Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej għandha jkollha ġurisdizzjoni li tagħti deċiżjonijiet fuq l-interpretazzjoni ta’:

a) il-Konvenzjoni dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali, miftuħa għall-firem f’Ruma fid-19 ta’ Ġunju 1980 […];

b) il-Konvenzjoni dwar l-Adeżjoni għall-Konvenzjoni ta’ Ruma mill-Istati li saru membri tal-Komunitajiet Ewropej mid-data meta nfetħet għall-firem;

[…]”

8.        L-Artikolu 2 tal-Ewwel Protokoll dwar l-interpretazzjoni tal-Konvenzjoni ta’ Ruma jipprovdi:

“Kull qorti msemmija hawn isfel tista’ titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja biex tagħti referenza preliminari fuq kwistjoni mqajma f’każ pendenti quddiemha u li tirrigwarda l-interpretazzjoni taddispożizzjonijiet li hemm fl-istrumenti msemmija fl-Artikolu 1 jekk dik il-Qorti tikkonsidra li tenħtieġ deċiżjoni fuq il-kwistjoni biex tkun tista’ tagħti s-sentenza:

[…]

b) il-qrati ta’ l-Istati Kontraenti meta jaġixxu bħala qrati ta’ appell”.

B –    Konvenzjoni ta’ Brussell

9.        Il-Konvenzjoni ta’ Brussell tal-1968 dwar il-ġurisdizzjoni u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (iktar ’il quddiem il-“Konvenzjoni ta’ Brussell”) (10) tipprovdi fl-Artikolu 5:

“Il-konvenut domiċiljat fit-territorju ta’ Stat kontraenti jista’ jiġi mħarrek fi Stat kontraenti ieħor:

1. f’materji kuntrattwali, quddiem il-qorti tal-post fejn l-obbligu li jifforma l-bażi tat-talba ġie jew ser jiġi mwettaq; fil-kuntratti individwali ta’ impjieg, dan il-post huwa dak fejn l-impjegat iwettaq abitwalment ix-xogħol tiegħu; meta l-impjegat ma jwettaqx ix-xogħol tiegħu abitwalment f’pajjiż wieħed, min iħaddem jista’ wkoll jiġi mħarrek quddiem il-qorti tal-post fejn hemm jew kien jinsab in-negozju li impjega lill-impjegat” (11).

C –    Dritt tal-Unjoni (12)

1.      Regolament Ruma I

10.      Is-seba’ premessa tar-Regolament ta’ Ruma I tipprovdi:

“L-ambitu sostantiv u d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu konsistenti mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta’ Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (“Brussell I”) […]”

11.      L-Artikolu 3 tar-Regolament Ruma I, intitolat “Libertà ta’ l-għażla”, jipprovdi:

“1. Kuntratt għandu jkun regolat mil-liġi magħżula mill-partijiet. L-għażla għandha ssir espressament jew tkun manifestata b’mod ċar permezz tat-termini tal-kuntratt jew taċ-ċirkostanzi tal-każ. Bl-għażla tagħhom, il-partijiet jistgħu jagħżlu l-liġi applikabbli għat-totalità jew għal parti biss tal-kuntratt.

[…]”

12.      Skont l-Artikolu 8 tar-Regolament Ruma I, bit-titolu “Kuntratti individwali ta’ impjieg”:

“1. Kuntratt individwali ta’ impjieg għandu jkun regolat mil-liġi magħżula mill-partijiet skond l-Artikolu 3. Madankollu, tali għażla ma tistax twassal li ċċaħħad l-impjegat mill-protezzjoni mogħtija lilu permezz ta’ dispożizzjonijiet li ma jistgħux jiġu derogati bi ftehim taħt il-liġi li, fin-nuqqas ta’ għażla, kienet tkun applikabbli skond il-paragrafi 2, 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu.

2. Sa fejn il-liġi applikabbli għall-kuntratt individwali ta’ l-impjieg ma ntgħażlitx mill-partijiet, il-kuntratt għandu jkun regolat mil-liġi tal-pajjiż li fih jew, fin-nuqqas ta’ dan, li minnu l-impjegat abitwalment jeżerċita l-impjieg tiegħu fl-eżekuzzjoni tal-kuntratt. Il-pajjiż li fih ix-xogħol abitwalment jitwettaq m’għandux jitqies li nbidel jekk il-persuna tiġi impjegata temporanjament f’pajjiż ieħor.

3. Fejn il-liġi applikabbli ma tkunx tistà tiġi determinata skond il-paragrafu 2, il-kuntratt għandu jkun regolat mil-liġi tal-pajjiż fejn ikun jinsab in-negozju li fih ġie impjegat.

4. Fejn mit-totalità taċ-ċirkostanzi jirriżulta li l-kuntratt ta’ impjieg ikun aktar marbut ma’ pajjiż divers minn dak indikat fil-paragrafu 2 jew 2a, għandha tapplika l-liġi ta’ dak il-pajjiż l-ieħor.”

2.      Regolament Nru 44/2001

13.      Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (13) (iktar ’il quddiem ir-“Regolament Nru 44/2001”, jirregola l-ġurisdizzjoni dwar kuntratti individwali ta’ xogħol fis-Sezzjoni V. Fil-kuntest ta’ din is-sezzjoni, l-Artikolu 18 jiddisponi::

“1. F’materji li għandhom x’jaqsmu ma’ kuntratti individwali ta’ impjieg, il-ġurisdizzjoni għandha tiġi determinata b’din is-Sezzjoni bla ħsara għall-Artikolu 4 u punt 5 ta’ l-Artikolu 5.

[…]”

14.      L-Artikolu 19 tar-Regolament Nru 44/2001 jistipula:

“Wieħed li jimpjega domiċiljat fi Stat Membru jista’ jiġi mfittex:

1. fil-qrati ta’ l-Istat Membru fejn ikun domiċiljat jew

2. fi Stat Membru ieħor:

(a) fil-qrati tal-post fejn l-impjegat abitwalment iwettaq ix-xogħol tiegħu jew fil-qrati ta’ l-aħħar post fejn kien jagħmel hekk, jew

(b) jekk l-impjegat ma jkunx jew inkella ma kienx abitwalment iwettaq ix-xogħol tiegħu f’pajjiż wieħed, fil-qrati tal-post fejn ikun jinstab in-negozju li kien jimpjega lill-impjegat”.

D –    Dritt Nazzjonali

15.      Il-liġi Ġermaniża ta’ protezzjoni kontra t-tkeċċijiet (Kündigungsschutzgesetz, minn hawn “KSchG”) tipprovdi fl-Artikolu 15 bit-titolu “Illegalità tat-tkeċċija” (“Unzulässigkeit der Kündigung”):

“It-tkeċċija ta’ membru ta’ kunsill ta’ impriża […] huwa illegali, ħlief jekk ċerti fatti jippermettu lill-persuna li timpjega tipproċedi għat-tkeċċija fuq raġuni serja mingħajr ma josserva t-terminu tan-notifika u l-permess meħtieġ skont l-Artikolu 103 tal-liġi dwar l-organizzazzjoni ta’ impriżi [Betriebsverfassungsgesetz] ikun ġie mogħti jew issostitwit b’deċiżjoni ġudizzjarja. Wara l-iskadenza tal-mandat, it-tkeċċija ta’ membru ta’ kunsill ta’ impriża, […] hija illegali għal perijodu ta’ sena […] ħlief jekk ċerti fatti jippermettu lill-persuna li timpjega tipproċedi għat-tkeċċija fuq raġuni serja mingħajr ma josserva t-terminu tan-notifika; dawn id-dispożizzjonijiet ma japplikawx meta t-terminazzjoni tas-sħubija tkun ibbażata fuq deċiżjoni ġudizzjarja.

[…]”

III – Fatti, proċedura prinċipali u domandi preliminari

16.      H. Koelzsch, residenti f’Osnabrück (il-Ġermanja), kien ġie impjegat fl-1998 bħala xufier ta’ trasport internazzjonali mal-kumpannija Gasa Spedition Luxembourg S.A (iktar ’il quddiem “Gasa Spedition”), stabbilita fil-Lussemburgu. Għal dan il-għan, H. Koelzsch u l-kumpannija Gasa Spedition iffirmaw kuntratt ta’ xogħol fis-16 ta’ Ottubru 1998, fid-dawl ta’ liema qablu dwar il-ġurisdizzjoni esklużiva tal-qrati Lussemburgiżi. Il-kuntratt kien fih ukoll dispożizzjoni b’riferiment għal-liġi dwar kuntratti ta’ xogħol tal-Lussemburgu (14).

17.      Il-kumpannija Gasa Spedition hija sussidjarja tas-soċjetà Daniża Gasa Odense Blomster A.m.b.a. L-iskop tagħha huwa t-trasport ta’ fjuri u pjanti oħra minn Odense fid-Danimarka għal destinazzjonijiet varji, l-iktar fil-Ġermanja iżda wkoll f’pajjiżi Ewropej oħra. It-trasport isir permezz ta’ trakkijiet stazzjonati fi tliet postijiet differenti fil-Ġermanja (Kassel, Neukirchen/Vluyn, Osnabrück). It-trakkijiet huma rreġistrati fil-Lussemburgu u x-xufiera huma affiljati mas-sigurtà soċjali tal-Lussemburgu.

18.      Fid-9 ta’ Novembru 2001, il-kumpannija Gasa Spedition ġiet meħuda mill-kumpannija Daniża Ove Ostergaard taħt l-isem “Ove Ostergaard Lux S.A”.

19.      Permezz ta’ ittra datata 13 ta’ Marzu 2001, id-direttur tal-kumpannija Gasa Spedition ittermina l-kuntratt ta’ xogħol ta’ H. Koelzsch b’effett mill-15 Mejju 2001. H. Koelzsch, madankollu, sostna li kien ġie mkeċċi oralment fit-23 ta’ Marzu 2001 b’effett immedjat. Huwa indika li kien membru supplenti fil-Ġermanja tal-delegazzjoni tal-persunal (Bertriebsrat) tal-kumpannija Gasa Spedition u li t-tkeċċija tiegħu ma kinitx konformi mad-dispożizzjonijiet mandatorji tad-dritt Ġermaniż ta’ protezzjoni kontra t-tkeċċija; huwa enfasizza li kemm il-membri sħaħ kif ukoll il-membri supplenti li jwettqu d-dmirijiet f’dan il-korp huma, fuq il-bażi ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, intitolati għal din il-protezzjoni. F’dan ir-rigward huwa invoka l-Artikolu 15(1) KSchG li jipprojbixxi t-tkeċċija ta’ membri tad-delegazzjoni tal-persunal, kif ukoll il-ġurisprudenza tal-qorti federali tax-xogħol (Bundesarbeitsgericht) skont liema din il-projbizzjoni ta’ tkeċċija tgħodd ukoll għal membri supplenti tad-delegazzjoni tal-persunal (15).

20.      H. Koelzsch beda proċedura fil-qorti tax-xogħol ta’ Osnabrück fejn invoka l-illegalità tat-tkeċċija. Din il-qorti ddikjarat lilha nnifisha inkompetenti ratione loci. H. Koelzsch appella kontra din id-deċiżjoni, iżda għal darb’oħra mingħajr suċċess.

21.      H. Koelzsch imbagħad ippreżenta azzjoni għad-danni quddiem il-qorti tax-xogħol tal-Lussemburgu, minħabba fit-tkeċċija abużiva, kif ukoll talba għall-ħlas ta’ arretrati tal-pagi. Huwa sostna li l-liġi tal-Lussemburgu kienet ċertament applikabbli għall-kuntratt ta’ xogħol b’mod ġenerali u għal dawn it-talbiet ta’ ħlas, iżda li l-liġi Ġermaniża tapplika għall-kwistjoni tat-tkeċċija. Huwa bbaża din l-affermazzjoni fuq l-argument li huwa kien membru supplenti tad-delegazzjoni tal-persunal u li għalhekk l-Artikolu 15(1) tal-KSchG, li huwa dispożizzjoni mandatorja dwar il-protezzjoni tad-drittijiet tal-ħaddiema fis-sens tal-Artikolu 6(1) tal-Konvenzjoni ta’ Ruma u li ma jistax jiġi eskluż, għandu japplika fir-rigward tiegħu. Għaldaqstant huwa jqis li l-liġi applikabbli għall-kuntratt għandha tiġi ddeterminata fuq il-bażi tal-Artikolu 6(2) tal-Konvenzjoni ta’ Ruma.

22.      Il-qorti tax-xogħol tal-Lussemburgu ddeċidiet fis-sentenza tagħha tal-4 ta’ Marzu 2004, li l-liġi tal-Lussemburgu tapplika għall-kawża fl-intier tagħha; hija ddikjarat l-azzjoni ta’ H. Koelzsch bħala infondata u ċaħditha parzjalment. Din is-sentenza ġiet ikkonfermata mill-qorti tal-appell fid-deċiżjoni tagħha tas-26 ta’ Mejju 2005, filwaqt li l-qorti tal-kassazzjoni ċaħdet l-appell kontra din id-deċiżjoni fis-sentenza tagħha tal-15 ta’ Ġunju 2006.

23.      H. Koelzsch imbagħad ressaq azzjoni quddiem il-qorti distrettwali tal-Lussemburgu kontra l-Gran Dukat tal-Lussemburgu, fejn talab il-ħlas ta’ EUR 168 301.77 f’danni u interessi moratorji minħabba l-malfunzjoni tal-qrati fuq il-bażi tal-liġi [Lussemburgiża] tal-1 ta’ Settembru 1988, dwar ir-responsabbiltà ċivili tal-Istat u tal-awtoritajiet pubbliċi (16). H. Koelzsch qal li sofra dannu bir-riżultat tad-deċiżjonijiet tal-qrati tal-Lussemburgu peress li dawn kisru l-Artikolu 6(1)(2) tal-Konvenzjoni ta’ Ruma għaliex huma ma kkunsidrawx id-dispożizzjonijiet obbligatorji tal-liġi Ġermaniża dwar il-protezzjoni ta’ membri tad-delegazzjoni tal-persunal. Skont H. Koelzsch sar ukoll ksur tad-dritt tal-Unjoni, għaliex il-proposta li jsir rinviju lill-Qorti tal-Ġustizzja għal domanda preliminari kienet ġiet irrifjutata. Il-qorti distrettwali, fis-sentenza tagħha tad-9 ta’ Novembru 2007, irrifjutat l-azzjoni bħala infondata.

24.      H. Koelzsch appella din id-deċiżjoni quddiem il-qorti tal-appell (iktar ’il quddiem il-“qorti tar-rinviju”).

25.      Il-qorti tar-rinviju tindika li l-qorti fl-ewwel istanza kellha tiddikjara l-azzjoni għad-danni ta’ H. Koelzsch bħala inammissibbli, għaliex is-sentenza tal-ewwel proċedura, fejn H. Koelzsch kien invoka l-illegalità tat-tkeċċija, saret finali. F’din il-proċedura, skont il-qorti tar-rinviju, H. Koelzsch bit-talba tiegħu għad-danni, qiegħed infatti jikkontesta dak li diġà ġie ddeterminat fil-kawża quddiem il-qrati tax-xogħol. Il-qorti għalhekk tenfasizza li l-azzjoni għad-danni ta’ H. Koelzsch ma tistax tiġi kkunsidrata bħala inammissibbli, peress li fl-appell il-Gran Dukat tal-Lussemburgu ma invokax l-inammissibbiltà ta’ din l-azzjoni u dan ma jistax jiddikjarah inammissibbli ex officio. Peress li l-qorti tar-rinviju bħala qorti tal-appell hija marbuta b’dawn il-konstatazzjonijiet tal-qorti fl-ewwel istanza, hija kellha tiddeċiedi dwar l-azzjoni ta’ H. Koelzsch u għalhekk iddeċidiet li tagħmel domanda preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja.

26.      Fid-dawl ta’ dawn iċ-ċirkustanzi, il-qorti tar-rinviju, permezz ta’ digriet tad-29 ta’ Jannar 2010, issospendiet il-proċeduri u ressqet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, skont l-Artikoli 68 KE u 234 KE, id-domanda preliminari li ġejja:

“Ir-regola fuq il-kunflitt iddefinita fl-Artikolu 6(2)(a) tal-Konvenzjoni ta’ Ruma, tad-19 ta’ Ġunju 1980, dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali, li tiddikjara li l-kuntratt ta’ xogħol huwa rregolat mil-liġi tal-pajjiż fejn l-impjegat, fl-eżekuzzjoni tal-kuntratt, issoltu jagħmel ix-xogħol tiegħu, għandha tiġi interpretata fis sens li fil-każ fejn il-ħaddiem iwettaq ix-xogħol f’diversi pajjiżi, iżda li b’mod sistematiku jirritorna f’wieħed minnhom, dan il-pajjiż għandu jiġi kkunsidrat bħala dak li fih il-ħaddiem issoltu jagħmel ix-xogħol tiegħu?”

IV – Proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja

27.      Id-digriet tar-rinviju wasal quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fit-18 ta’ Jannar 2010. Fil-kuntest tal-proċedura bil-miktub, H. Koelzsch, il-Gvern Lussemburgiż, il-Gvern Grieg u l-Kummissjoni ppreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom. Fis-seduta li nżammet fis-26 ta’ Ottubru 2010, ir-rappreżentanti ta’ H. Koelzsch, tal-Gvern Lussemburgiż u tal-Kummissjoni, ppreżentaw l-osservazzjonijiet orali tagħhom u wieġbu għall-mistoqsijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja.

V –    L-argumenti tal-partijiet

A –    Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja

28.      Il-Kummissjoni biss, fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha, ikkunsidrat il-kwistjoni tal-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fir-risposta għad-domanda preliminari, u tikkunsidra li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha ġurisdizzjoni għaliex il-qorti tar-rinviju ddeċidiet fil-kawża inkwistjoni, inkwantu qorti tal-appell, fis-sens tal-Artikolu (2)(b) tal-Ewwel Protokoll dwar l-interpretazzjoni tal-Konvenzjoni ta’ Ruma.

B –    Id-domanda preliminari

29.      H. Koelzsch jikkunsidra li, skont l-Artikolu 6(2) tal-Konvenzjoni ta’ Ruma, il-liġi applikabbli għal kuntratt ta’ xogħol, fin-nuqqas ta’ għażla tal-partijiet, hija dik tal-pajjiż fejn il-ħaddiem abitwalment iwettaq ix-xogħol tiegħu. Minħabba l-fatt li l-kunċett ta’ pajjiż/post fejn il-ħaddiem “abitwalment iwettaq ix-xogħol tiegħu” huwa l-istess fil-Konvenzjoni ta’ Ruma u l-Konvenzjoni ta’ Brussell, skont H. Koelzsch dan il-kunċett għandu jiġi interpretat bl-istess mod mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-ġurisprudenza tagħha dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 5(1) tal-Konvenzjoni ta’ Brussell, l-istess kif ġie interpretat fil-Konvenzjoni ta’ Ruma. H. Koelzsch jenfasizza li minn din il-ġurisprudenza jirriżulta li f’każ fejn il-ħaddiem iwettaq ix-xogħol tiegħu f’iktar minn Stat kontraenti wieħed, il-Konvenzjoni ta’ Brussell ma tistax tiġi interpretata f’dan is-sens li l-ġurisdizzjonijiet ta’ kull Stat kontraenti fejn il-ħaddiem iwettaq xogħol tiegħu jkunu kompetenti (17); għall-kuntrarju l-ġurisdizzjoni kompetenti tkun dik tal-post fejn jew li minnu, il-ħaddiem iwettaq il-biċċa l-kbira mill-obbligi tiegħu lejn il-persuna li timpjegah, jew il-post fejn il-ħaddiem għażel li jistabbilixxi bħala ċ-ċentru tal-ħidma tiegħu. H. Koelzsch jemmen li fil-każ ta’ trasport internazzjonali fejn ix-xufier iqatta’ l-biċċa l-kbira mill-ħin tiegħu fi Stat kontraenti li minnu jorganizza l-attività professjonali tiegħu u li fiha huwa jirritorna b’mod konsistenti, iċ-ċentru attwali tal-attività tiegħu jkun jinsab f’dak l-Istat kontraenti. Huwa jemmen li taħt dawn il-kriterji, iċ-ċentru attwali tiegħu huwa fil-Ġermanja.

30.      Il-Gvern Lussemburgiż jikkunsidra li l-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni ta’ Ruma għandu jiġi interpretat fis-sens li l-għażla tal-partijiet ma tistax iċċaħħad il-ħaddiem mill-protezzjoni żgurata lilu bid-dispożizzjonijiet mandatorji tal-liġi li japplikaw oġġettivament. Din il-liġi tista’, skont l-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni ta’ Ruma, tkun il-liġi tal-pajjiż fejn il-ħaddiem abitwalment iwettaq ix-xogħol tiegħu (Artikolu (2)(a)) jew il-liġi tal-pajjiż fejn jinsab n-negozju li kien iħaddem lill-ħaddiem (Artikolu 6(2)(b)). Il-Gvern Lussemburgiż isostni li H. Koelzsch ma wettaqx abitwalment ix-xogħol tiegħu f’pajjiż wieħed, għaliex il-liġi applikabbli għandha tiġi ddeterminata fuq il-bażi tal-Artikolu 6(2)(b)) tal-Konvenzjoni ta’ Ruma. Għaldaqstant, f’dan il-każ hija l-liġi Lussemburgiża li tapplika għall-kuntratt ta’ xogħol inkwistjoni.

31.      Il-Gvern Grieg enfasizza, minn naħa, li l-Konvenzjoni ta’ Ruma għandha tiġi interpretata fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Ruma I, u min-naħa l-oħra, li l-interpretazzjoni tal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni ta’ Ruma wkoll titlob kunsiderazzjoni tal-ġurisprudenza relatata mal-Konvenzjoni ta’ Brussell. Huwa enfasizza fuq din il-bażi, li l-Artikolu 6(2)(a) tal-Konvenzjoni ta’ Ruma, f’każ fejn il-ħaddiem iwettaq ix-xogħol tiegħu f’diversi pajjiżi, imma dejjem jirritorna f’wieħed minnhom, dan il-pajjiż jista’ jkun wieħed li fih jew li minnu l-ħaddiem abitwalment iwettaq ix-xogħol tiegħu, sakemm dan ikun fl-istess ħin il-pajjiż fejn huwa stabbilixxa ċ-ċentru tal-ħidma tiegħu. Din l-evalwazzjoni għandha, skont il-Gvern Grieg, issir mill-qrati nazzjonali. Il-Gvern Grieg jipprovdi wkoll li f’każijiet fejn ma jkunx possibbli li jiġi ddeterminat il-post fejn il-ħaddiem abitwalment iwettaq ix-xogħol tiegħu, u jekk il-pajjiż fejn jinsab in-negozju li kien iħaddem lill-ħaddiem (Artikolu 6(2)(b) tal-Konvenzjoni ta’ Ruma) ma jkunx marbut mal-kuntratt ta’ xogħol, il-qrati nazzjonali jistgħu japplikaw l-aħħar subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tal-Konvenzjoni ta’ Ruma, taħt liema jiġu applikati għall-kuntratt, il-liġijiet tal-Istat ma’ liema l-kuntratt ikollu l-akbar rabta.

32.      Skont il-Kummissjoni, biex tiġi żgurata konsistenza fl-interpretazzjoni tat-termini tal-Konvenzjoni ta’ Ruma, dawn għandhom jiġu interpretati b’mod awtonomu u indipendenti mill-kunċetti fil-liġi ta’ Stati kontraenti differenti. Il-Kummissjoni ssostni wkoll li, minħabba r-rabta stretta bejn il-Konvenzjoni ta’ Ruma, minn naħa, u l-Konvenzjoni ta’ Brussell u r-Regolament Nru 44/2001, min-naħa l-oħra, u minħabba l-użu frekwenti tal-istess kunċetti f’dawn l-istrumenti, trid tiġi żgurata konsistenza massima u interpretazzjoni uniformi. Hija enfasizzat li l-adozzjoni tal-Artikolu 5(1) tal-Konvenzjoni ta’ Brussell, fuq il-bażi ta’ liema, kienu ġew inklużi r-regolamenti speċjali tal-ġurisdizzjoni għal kuntratti ta’ xogħol, hija l-konsegwenza tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-interpretazzjoni ta’ dan l-istess artikolu li minnu l-Qorti tal-Ġustizzja stess ħadet, fost oħrajn, dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema li jinsabu fl-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni ta’ Ruma.

33.      B’rabta mal-kunċett ta’ “post fejn il-ħaddiem abitwalment iwettaq ix-xogħol tiegħu”, il-Kummissjoni tenfasizza li l-Qorti tal-Ġustizzja diġà ħadet deċiżjoni fil-kawża Mulox (18) u f’żewġ kawżi sussegwenti (il-kawżi Rutten (19) u Weber (20)) dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 5(1) tal-Konvenzjoni ta’ Brussell, li f’każ li l-ħaddiem iwettaq ix-xogħol tiegħu fit-territorju ta’ diversi Stati kontraenti, huwa jissodisfa l-obbligu kuntrattwali tiegħu fil-post fejn jew li minnu, iwettaq prinċipalment l-obbligi tiegħu fil-konfront tal-persuna li timpjegah. Hija għalhekk tqis li f’każijiet fejn il-ħaddiem iwettaq xogħlu f’diversi Stati kontraenti, skont l-Artikolu 6(2)(a) tal-Konvenzjoni ta’ Ruma, il-post fejn huwa abitwalment iwettaq xogħlu, fid-dawl ta’ din id-dispożizzjoni, għandu jiġi interpretat bħala l-post fejn huwa stabbilixxa ċ-ċentru tal-attivitajiet tiegħu. Hija tenfasizza l-ħtieġa li biex dan il-post jiġi ddeterminat, irid jiġi kkunsidrat l-fatt li l-ħaddiem iqatta’ ħafna mill-ħin tax-xogħol tiegħu fl-Istat fejn il-vetturi huma stazzjonati għat-twettiq ta’ attività professjonali, li minnu jiġu organizzati l-bidliet tax-xufiera u li jirritorna fih wara kull vjaġġ ta’ xogħol barra mill-pajjiż.

VI – Evalwazzjoni tal-Avukat Ġenerali

A –    Introduzzjoni

34.      Ninnota fl-introduzzjoni li mill-preambolu tal-Konvenzjoni ta’ Ruma jirriżulta li din kienet ġiet iffirmata sabiex titkompla l-armonizzazzjoni fil-qasam tad-dritt internazzjonali privat, li kien inbeda bl-adozzjoni tal-Konvenzjoni ta’ Brussell (21). Jirriżulta wkoll mill-imsemmi preambolu li l-Konvenzjoni għandha l-għan li tistabbilixxi regoli uniformi dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali, ikun liema jkun il-post fejn għandha tingħata s-sentenza (22). Kif jirriżulta mir-rapport Giuliano/Lagarde fuq il-Konvenzjoni ta’ Ruma (23), din il-konvenzjoni kienet ġiet adottata biex jitneħħew id-diffikultajiet li jinħolqu b’regoli ta’ kunflitt tal-liġijiet differenti u biex tiżdied iċ-ċertezza legali u l-protezzjoni tad-drittijiet miksuba fid-dritt privat (24).

35.      Din il-kawża tqajjem għall-ewwel darba fil-prattika ġudizzjarja tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-kwistjoni tal-interpretazzjoni tal-Artikolu 6(2) tal-Konvenzjoni ta’ Ruma. L-Artikolu 6(2) tal-Konvenzjoni ta’ Ruma jiddetermina l-liġi applikabbli għall-kuntratti ta’ xogħol fil-każ fejn il-partijiet kontraenti ma jagħmlux għażla; dan l-artikolu jista’ wkoll japplika jekk – kif bħal f’dan il-każ – l-għażla tal-partijiet kuntrattwali twassal għall-esklużjoni ta’ dispożizzonijiet obbligatorji għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-ħaddiema li japplikaw fin-nuqqas ta’ għażla tal-partijiet (Artikolu 6(1)). Skont l-Artikolu 6(2) tal-Konvenzjoni ta’ Ruma, ir-regola fundamentali hija l-applikazzjoni tal-liġi tal-pajjiż fejn il-ħaddiem abitwalment iwettaq ix-xogħol tiegħu (punt (a)), iżda bħala alternattiva insibu l-applikazzjoni tad-dritt tal-pajjiż fejn jinsab in-negozju tal-persuna li timpjega, fil-każ li l-ħaddiem ma jwettaqx xogħlu abitwalment fi Stat Membru wieħed (punt b). Biss b’eċċezzjoni, tista’ wkoll tapplika l-liġi tal-pajjiż ma’ liema l-kuntratt ikollu l-eqreb rabta (l-aħħar subparagrafu tal-Artikolu 6(2)).

36.      Ta’ min jenfasizza wkoll – kif spjegat ġustament il-Kummissjoni – li l-kunċetti tal-Konvenzjoni ta’ Ruma għandhom jiġu interpretati b’mod awtonomu, indipendentement mill-interpretazzjoni tagħhom fil-liġi tal-Istati kontraenti; hawnhekk hemm bżonn li nibdew mis-sistema u l-iskop tal-Konvenzjoni, biex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tagħha fl-Istati kontraenti kollha. Il-prinċipju ta’ interpretazzjoni awtonoma diġà ġie kkonfermat bosta drabi mill-Qorti tal-Ġustizzja fl-interpretazzjoni tagħha tal-Konvenzjoni ta’ Brussell (25) u fil-kuntest tal-interpretazzjoni tar-Regolament Nru 44/2001 (26), iżda fil-fehma tiegħi dan il-prinċipju huwa validu wkoll fir-rigward tal-Konvenzjoni ta’ Ruma.

B –    Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja

37.      Rigward l-analiżi tal-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja biex tiddeċiedi dwar id-domanda preliminari, ikollna naqblu kompletament mal-Kummissjoni, illi l-Qorti tal-Ġustizzja għandha ġurisdizzjoni. Skont l-Artikolu 2(b) tal-Ewwel Protokoll dwar l-interpretazzjoni tal-Konvenzjoni ta’ Ruma, li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Awissu 2004, il-qrati tal-partijiet kontraenti, meta jaġixxu bħala qrati ta’ appell, jistgħu jitolbu lill-Qorti tal-Ġustizzja tagħti deċiżjonijiet preliminari fuq kwistjoni f’kawża dwar l-interpretazzjoni tal-Konvenzjoni ta’ Ruma. Peress li f’dan il-każ il-qorti tar-rinviju aġixxiet bħala qorti tal-appell, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha ġurisdizzjoni biex twieġeb għad-domanda preliminari.

C –    Il-kwistjoni tal-bażi legali għar-responsabbiltà tal-Istat f’din il-kawża

38.      Għandu jiġi nnotat li l-proċedura prinċipali hija bejn H. Koelzsch u l-Gran Dukat tal-Lussemburgu. Dan għalhekk hija azzjoni ta’ individwu kontra Stat fejn dan qiegħed jitlob danni minħabba malfunzjonament tal-qrati nazzjonali. Għalkemm il-qorti tar-rinviju ma ssemmix id-domanda preliminari fir-rigward tal-bażi legali għal din ir-responsabbiltà, nixtieq nipprovdi kjarifiki fil-qosor biex tiġi evitata kwalunkwe interpretazzjoni żbaljata.

39.      B’rabta mal-bażi legali tar-responsabbiltà tal-qrati nazzjonali għall-possibbiltà ta’ applikazzjoni ħażina tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Ruma, il-qorti nazzjonali fl-ewwel istanza, irreferiet għas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-kawża Köbler (27), fejn il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċiediet li l-prinċipju li taħtu, l-Istati Membri huma meħtieġa jsewwu l-ħsara kkawżata lil xi individwu minħabba ksur tad-dritt Komunitarju (issa tal-Unjoni) li għalih huma responsabbli, japplika sa ċertu punt ukoll meta l-ksur fil-kwistjoni jkun riżultat ta’ deċiżjoni ta’ qorti li fl-aħħar mill-aħħar, tkun iddeċidiet jekk ir-regoli legali miksura jagħtux drittijiet lill-individwu, jekk il-ksur huwiex serju biżżejjed u jekk hemmx rabta kawżali diretta bejn il-ksur u l-ħsara li kkawżat lill-individwu (28). Il-qorti tar-rinviju, għall-kuntrarju tal-qorti fl-ewwel istanza, temmen madankollu, li s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża Köbler ma tistax tiġi applikata f’din il-kawża.

40.      Għandu jiġi enfasizzat li fil-kawża inkwistjoni, ma huwiex possibli li jsir riferiment għall-kawża Köbler għal żewġ raġunijiet.

41.      L-ewwel nett, il-Konvenzjoni ta’ Ruma ma hijiex parti mid-dritt tal-Unjoni, iżda hija trattat internazzjonali ffirmat mill-Istati kontraenti (29). Il-prinċipju stabbilit mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża Köbler għalhekk ma jistax, fil-fehma tiegħi, jiġi applikat għal dan il-każ peress li l-Qorti tal-Ġustizzja żviluppatu fl-ambitu tad-dritt tal-Unjoni.

42.      It-tieni nett, il-kompetenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Ruma mhux ibbażata fuq is-sistema ta’ rinviju għal deċiżjoni preliminari rregolat mill-Artikolu 267 TFUE; il-partijiet kontraenti qablu, indipendentement minn din is-sistema, fuq żewġ protokolli speċjali miżjuda fil-Konvenzjoni ta’ Ruma (30). B’rabta ma’ dan l-aħħar punt, għandu jiġi mfakkar li, skont l-Ewwel Protokoll dwar l-interpretazzjoni tal-Konvenzjoni ta’ Ruma, il-qrati nazzjonali għandhom possibbiltà waħda biss li jressqu domanda preliminari quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, iżda ma humiex obbligati jagħmlu hekk. L-Artikolu 2 ta’ dan il-Protokoll jipprovdi li l-qrati msemmija f’dan l-artikolu “jistgħu” jressqu talba għal deċiżjoni preliminari mill-Qorti tal-Ġustizzja (31). Is-sistema ta’ domandi preliminari fil-kuntest tal-Konvenzjoni ta’ Ruma tiddistingwi ruħha ferm mis-sistema applikabbli skont l-Artikolu 267 TFUE fil-kuntest tad-dritt tal-Unjoni.

43.      Fil-fehma tiegħi, id-dritt tal-Unjoni, għaldaqstant, ma jeħtieġx li l-Istati kontraenti tal-Konvenzjoni ta’ Ruma jagħmlu tajjeb għad-dannu li ġarrab l-individwu bil-ksur ta’ din il-konvenzjoni. Il-Konvenzjoni, naturalment, ma żżommx lill-Istati kontraenti milli jsolvu din it-tip ta’ responsabbiltà fil-qrati nazzjonali tagħhom kif kien għamel pereżempju l-Lussemburgu bil-liġi tal-1 ta’ Settembru 1988 dwar ir-responsabbiltà ċivili ta’ korpi statali u pubbliċi (32).

D –    Analiżi tad-domanda preliminari

44.      Permezz tad-domanda preliminari tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk l-Artikolu 6(2)(a) tal-Konvenzjoni ta’ Ruma għandux jiġi interpretat fis-sens li meta l-ħaddiem iwettaq ix-xogħol tiegħu f’diversi pajjiżi, iżda dejjem jirritorna f’wieħed minnhom, dan il-pajjiż ikunx ikkunsidrat bħala l-pajjiż fejn il-ħaddiem abitwalment iwettaq xogħlu.

45.      Kif il-Kummissjoni ġustament enfasizzat fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha (33), din id-domanda għandha tinftiehem illi l-qorti tar-rinviju tixtieq tkun taf jekk huwiex possibbli li fl-interpretazzjoni tal-Artikolu 6(2)(a) tal-Konvenzjoni ta’ Ruma, tirrikorri għall-interpretazzjoni mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-ġurisprudenza tagħha dwar l-Artikolu 5(1) tal-Konvenzjoni ta’ Brussell (34). F’din il-ġurisprudenza, il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat mhux biss il-post fejn il-ħaddiem iwettaq xogħlu, iżda wkoll il-post minn fejn twettaq ix-xogħol. Il-qorti tar-rinviju għalhekk, tixtieq tkun taf jekk, fil-kuntest tal-Konvenzjoni ta’ Ruma wkoll, fid-determinazzjoni tal-liġi applikabbli għal kuntratt ta’ xogħol, il-fatt li l-ħaddiem jirritorna sistematikament f’pajjiż partikolari, jistax ikun rilevanti. Jiena ser nadotta, fil-kuntest tal-analiżi ta’ dawn il-konklużjonijiet, l-opinjoni li l-applikazzjoni ta’ din il-ġurisprudenza għall-interpretazzjoni tal-Artikolu 6(2)(a) tal-Konvenzjoni ta’ Ruma hija possibbli, iżda bi preċiżazzjoni parzjali tal-interpretazzjoni li ġiet issuġġerita mill-qorti tar-rinviju.

46.      Fl-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ “pajjiż fejn il-ħaddiem taħt kuntratt jaħdem abitwalment”, tal-Artikolu 6(2)(a) tal-Konvenzjoni ta’ Ruma jiena ser nippreżenta, f’dawn il-konklużjonijiet, analiżi gradwali. Jiena qabel kollox ser nippreżenta fil-qosor is-sistema introdotta mill-Konvenzjoni ta’ Ruma dwar il-protezzjoni tal-ħaddiem bħala l-parti l-iktar dgħajfa tal-kuntratt. Wara mbagħad ser nippreżenta l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja b’konnessjoni mal-Artikolu 5(1) tal-Konvenzjoni ta’ Brussell u ser nargumenta, fuq il-bażi ta’ metodi differenti ta’ interpretazzjoni, li huwa possibbli li tapplika din il-ġurisprudenza għall-interpretazzjoni tal-Artikolu 6(2)(a) tal-Konvenzjoni ta’ Ruma. Fl-aħħar ser nittratta l-kriterji li l-qorti tar-rinviju għandha tieħu inkunsiderazzjoni fid-determinazzjoni tal-pajjiż fejn jew li minnu, il-ħaddiem abitwalment iwettaq xogħlu.

1.      Il-Konvenzjoni ta’ Ruma u l-protezzjoni tal-ħaddiem bħala l-parti l-iktar dgħajfa fil-kuntratt.

47.      Ir-regola fundamentali tal-Konvenzjoni ta’ Ruma għad-determinazzjoni tal-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali hija l-awtonomija tal-volontà tal-partijiet fl-għażla tal-liġi applikabbli għar-relazzjoni kuntrattwali; din ir-regola hija stabbilita fl-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni ta’ Ruma (35). Fin-nuqqas ta’ għażla tal-partijiet, il-liġi applikabbli tiġi ddeterminata fuq il-bażi tal-Artikolu 4 tal-istess konvenzjoni li jipprovdi bħala kriterju fundamentali, l-applikazzjoni tal-liġi tal-pajjiż li miegħu l-kuntratt ikollu l-iktar rabta stretta.

48.      L-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni ta’ Ruma li jirregola l-liġi applikabbli għal kuntratti ta’ xogħol huwa lex specialis meta mqabbel mal-Artikoli 3 u 4 tal-Konvenzjoni. Min-naħa waħda, il-partijiet fil-kuntratt ma jistgħux, permezz tal-ftehim tagħhom fil-kuntratt ta’ xogħol, jeskludu d-dispożizzjonijiet obbligatorji dwar il-protezzjoni tad-drittijiet tal-ħaddiema skont il-liġi tal-Istat li tapplika fin-nuqqas ta’ għażla tal-partijiet (Artikolu 6(1) tal-Konvenzjoni ta’ Ruma) (36). Min-naħa loħra, l-Artikolu 6(2) tal-Konvenzjoni jistabbilixxi regoli speċjali li japplikaw fin-nuqqas ta’ għażla tal-partijiet: f’dan il-każ, tiġi applikata l-liġi tal-pajjiż fejn il-ħaddiem iwettaq abitwalment xogħlu jew – jekk il-pajjiż fejn jitwettaq abitwalment ix-xogħol ma jistax jiġi ddeterminat – il-liġi tal-pajjiż fejn jinsab in-negozju fejn il-ħaddiem kien jaħdem. L-Artikolu 6(2) tal-Konvenzjoni ta’ Ruma fih ukoll, madankollu, fl-aħħar subparagrafu, klawżola speċjali taħt liema xi wħud minn dawn id-dispożizzjonijiet ma japplikawx jekk il-kuntratt ikollu rabta iktar stretta ma’ pajjiż ieħor – f’dan il-każ tiġi applikata l-liġi ta’ dak l-Istat (37).

49.      Għandu jiġi enfasizzat ukoll li fil-ġurisprudenza tagħha, l-Qorti tal-Ġustizzja – b’mod speċifiku b’rabta mal-Konvenzjoni ta’ Brussell – innotat li l-kuntratti ta’ xogħol huma distinti minn kuntratti oħra, inklużi l-kuntratti għal servizzi, fis-sens li huma jistabbilixxu rabta sostenibbli li sa ċertu punt tintegra lill-ħaddiem fil-qafas organizzattiv tal-persuna li timpjega; il-ħaddiem huwa marbut mal-post fejn jitwettqu dawk l-attivitjiet (38). Fir-rigward tal-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet korrispondenti tal-Konvenzjoni ta’ Brussell, hija enfasizzata wkoll il-ħtieġa ta’ protezzjoni adegwata tal-ħaddiem bħala l-parti l-iktar dgħajfa fil-kuntratt (39). Dawn il-kunsiderazzjonijiet ġenerali fir-rigward tal-kuntratti ta’ xogħol, huma fl-opinjoni tiegħi, rilevanti wkoll għall-interpretazzjoni tal-Konvenzjoni ta’ Ruma.

50.      Għaldaqstant, l-għan tal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni ta’ Ruma huwa l-protezzjoni tal-ħaddiem li soċjalment u ekonomikament, huwa l-parti l-iktar dgħajfa tal-kuntratt (40). Din il-protezzjoni tintlaħaq billi tiġi applikata l-liġi tal-pajjiż li miegħu l-kuntratt tax-xogħol għandu l-iktar rabta stretta. Id-duttrina tenfasizza li l-ambjent tax-xogħol u l-ambjent politiku ta’ Stat partikolari għandhom impatt fuq il-ħaddiema minħabba l-attivitajiet tagħhom f’dak il-pajjiż u għandha għalhekk tiġi żgurata l-protezzjoni tagħhom li l-leġiżlatur adotta f’dak l-Istat – fid-dawl ta’ dan l-ambjent (41). Minn dan il-lat, il-Konvenzjoni ta’ Ruma għalhekk issegwi b’mod ċar il-prinċipju ta’ favor laboratoris. Huwa għalhekk loġiku li l-Artikolu 6(2)(a) tal-Konvenzjoni ta’ Ruma għandu jiġi interpretat b’mod restrittiv sabiex jintlaħaq l-għan prinċipali tal-protezzjoni tal-ħaddiem bħala l-parti l-iktar dgħajfa fil-kuntratt.

2.      Ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-Artikolu 5(1) tal-Konvenzjoni ta’ Brussell

51.      Il-Qorti tal-Ġustizzja, fil-ġurisprudenza tagħha dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 5(1) tal-Konvenzjoni ta’ Brussell, ripetutament iddeċidiet fuq każijiet fejn ħaddiem kien iwettaq ix-xogħol tiegħu f’iktar minn Stat kontraenti wieħed. L-iżvilupp ta’ din il-ġurisprudenza, u għalhekk l-iżvilupp ta’ kriterji għad-determinazzjoni tal-post fejn il-ħaddiem iwettaq ix-xogħol tiegħu kien wieħed gradwali u hawn taħt ser tiġi ppreżentata l-ġurisprudenza relatata mal-interpretazzjoni ta’ dan l-artikolu (42).

52.      Fir-rigward tal-interpretazzjoni tal-Artikolu 5(1) tal-Konvenzjoni ta’ Brussell, għandu qabel kollox jiġi enfasizzat li, fl-interpretazzjoni ta’ dak l-artikolu b’rabta ma’ kuntratti ta’ xogħol, il-Qorti tal-Ġustizzja tbiegħdet mill-ġurisprudenza preċedenti tagħha tal-kawżi De Bloos u Tessili dwar id-determinazzjoni ġenerali ta’ ġurisdizzjoni fil-kuntratti (43). Il-Qorti tal-Ġustizzja għamlet distinzjoni bejn kuntratti tax-xogħol u kuntratti oħra u bil-għan li ġġib protezzjoni akbar lill-ħaddiema ddeċidiet fil-kawża Ivenel, li biex tiġi ddeterminata l-ġurisdizzjoni dwar l-Artikolu 5(1) tal-Konvenzjoni ta’ Brussell, għandu jiġi kkunsidrat l-obbligu li jikkaratterizza l-kuntratt (44), u għalhekk l-obbligu li x-xogħol jitwettaq.

53.      Rigward il-każ fejn il-ħaddiem iwettaq ix-xogħol tiegħu f’iktar minn Stat kontraenti wieħed, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet għall-ewwel darba fl-1993 fil-kawża Mulox (45). F’din il-kawża, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-Artikolu 5(1) tal-Konvenzjoni ta’ Brussell għandu jiġi interpretat fis-sens li fil-każ ta’ kuntratt ta’ xogħol fuq il-bażi ta’ liema l-ħaddiem iwettaq ix-xogħol tiegħu f’iktar minn Stat kontraenti wieħed, il-post tat-twettiq tal-obbligu kuntrattwali huwa l-post fejn jew li minnu, il-ħaddiem iwettaq prinċipalment l-obbligi tiegħu lejn il-persuna li timpjegah (46).

54.      Fil-kawża Rutten tal-1997, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-Artikolu 5(1) tal-Konvenzjoni ta’ Brussell jirrigwarda l-post fejn il-ħaddiem ikun stabbilixxa ċ-ċentru tal-attivitajiet professjonali tiegħu (47). Fl-argument tagħha, il-Qorti tal-Ġustizzja enfasizzat ukoll li dan huwa l-post fejn, jew li minnu, il-ħaddiem wettaq il-biċċa l-kbira tal-obbligi tiegħu lejn il-persuna li timpjegah (48).

55.      Fis-sentenza Weber tal-2002, il-Qorti tal-Ġustizzja madankollu ddeċidiet li l-Artikolu 5(1) tal-Konvenzjoni ta’ Brussell għandu jiġi interpretat fis-sens li l-post fejn il-ħaddiem abitwalment iwettaq ix-xogħol tiegħu, fis-sens ta’ dan l-artikolu, huwa l-post fejn jew li minnu, meta wieħed iqis iċ-ċirkustanzi kollha tal-każ partikolari, huwa fil-fatt fejn wettaq il-biċċa l-kbira tal-obbligi tiegħu lejn il-persuna li timpjegah (49). Hija enfasizzat ukoll li fil-każ fejn il-ħaddiem wettaq l-attività tiegħu f’diversi Stati kontraenti, għandu fil-prinċipju jiġi kkunsidrat t-tul kollu tar-relazzjoni ta’ xogħol biex jiġi ddeterminat il-post fejn il-ħaddiem abitwalment iwettaq xogħlu fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni u li fin-nuqqas ta’ kriterji oħra dan il-post huwa dak fejn il-ħaddiem wettaq l-biċċa l-kbira tal-ħin tax-xogħol (50).

56.      Ta’ min jerġa’ jirreferi wkoll għall-kawża Pugliese li wkoll tittratta l-interpretazzjoni tal-Artikolu 5(1) tal-Konvenzjoni ta’ Brussell, iżda li hija distinta mill-kawżi Mulox, Rutten u Weber f’dak li l-ħaddiem kien wettaq ix-xogħol tiegħu fi Stat kontraenti wieħed fejn huwa ntbagħat għand persuna oħra li timpjega, f’post li ma kienx il-post iddeterminat fil-kuntratt ta’ xogħol mal-ewwel persuna li impjegatu (51). Fil-kawża bejn il-ħaddiem u l-persuna li impjegatu l-ewwel, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-post fejn il-ħaddiem wettaq l-obbligi tiegħu fir-rigward tal-persuna li impjegatu wara jista’ jkun il-post fejn hu wettaq abitwalment xogħlu jekk il-persuna li impjegatu l-ewwel kellha, fil-mument tal-konklużjoni tat-tieni kuntratt ta’ xogħol, interess li l-ħaddiem jipprovdi servizzi għat-tieni persuna li impjegatu f’post iddeterminat minn din tal-aħħar (52).

57.      Għalkemm f’din il-ġurisprudenza l-Qorti tal-Ġustizzja użat terminoloġija varja minn naħa u kriterji diversi minn naħa l-oħra biex tiddetermina l-post fejn il-ħaddiem abitwalment wettaq xogħlu fis-sens tal-Artikolu 5(1) tal-Konvenzjoni ta’ Brussell, inqis li l-kriterju deċiżiv huwa l-post fejn jew li minnu, il-ħaddiem iwettaq ħafna mill-obbligi tiegħu lejn il-persuna li timpjegah, u li dak il-post għandu jiġi ddeterminat fid-dawl taċ-ċirkustanzi ta’ kull każ individwali.

3.      Possibbiltà tal-applikazzjoni tal-ġurisprudenza dwar il-Konvenzjoni ta’ Brussell għall-interpretazzjoni tal-Konvenzjoni ta’ Ruma

58.      Din il-kawża tqajjem il-kwistjoni ta’ jekk huwiex possibbli li tintuża b’analoġija l-interpretazzjoni tal-Artikolu 5(1) tal-Konvenzjoni ta’ Brussell mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawżi Mulox, Rutten, Weber u Pugliese, għall-interpretazzjoni tal-Artikolu 6(2)(a) tal-Konvenzjoni ta’ Ruma. Fil-fehma tiegħi għandha tingħata risposta affermattiva għal din il-kwistjoni bi qbil mad-duttrina li tappoġġja wkoll l-applikazzjoni ta’ din il-ġurisprudenza (53). Jiena issa ser nanalizza l-possibbiltà ta’ applikazzjoni ta’ din il-gurisprudenza għall-Konvenzjoni ta’ Ruma mil-lat ta’ diversi metodi ta’ interpretazzjoni: litterali, storiku, sistematiku u teleoloġiku. Fl-aħħar nett, jiena ser niġbed l-attenzjoni għal darb’oħra fuq il-limitazzjonijiet tal-interpretazzjoni parallela tal-Konvenzjoni ta’ Brussell u l-Konvenzjoni ta’ Ruma.

a)      Interpretazzjoni litterali

59.      L-Artikolu 6(6)(a) tal-Konvenzjoni ta’ Ruma jipprovdi li fin-nuqqas ta’ għażla tal-partijiet fil-kuntratt, tapplika għall-kuntratt ta’ xogħol “il-liġi tal-pajjiż fejn il-ħaddiem […] abitwalment iwettaq ix-xogħol tiegħu” (54).

60.      Huwa minnu li, il-kunsiderazzjoni biss tat-termini ta’ din id-dispożizzjoni li jużaw il-kelma “fejn” ma jistax jiġi konkluż li l-liġi tal-pajjiż “minn fejn” il-ħaddiem iwettaq ix-xogħol tiegħu, tista’ wkoll tkun rilevanti. Madankollu, jiena nemmen li hemm tliet argumenti favur l-interpretazzjoni fuq il-bażi ta’ liema nistgħu nikkunsidraw ukoll il-pajjiż “minn fejn” il-ħaddiem iwettaq xogħlu.

61.      L-ewwel argument huwa dak tal-identità ta’ kunċetti suġġett fl-interpretazzjoni tal-Konvenzjoni ta’ Brussell u l-Konvenzjoni ta’ Ruma. Fl-Artikolu 5(1) tal-Konvenzjoni ta’ Brussell, kif ukoll fl-Artikolu 6(2)(a) tal-Konvenzjoni ta’ Ruma, il-post jew il-pajjiż fejn il-ħaddiem abitwalment iwettaq xogħlu huma wkoll diskussi iżda mingħajr definizzjoni ta’ dan il-kunċett (55). Il-Qorti tal-Ġustizzja, għalhekk, fir-rigward tal-Konvenzjoni ta’ Brussell – indipendentement mil-lingwaġġ li jirreferi għall-post fejn il-ħaddiem abitwalment iwettaq xogħlu – tawtorizza wkoll it-teħid inkunsiderazzjoni tal-post minn fejn il-ħaddiem iwettaq xogħlu.

62.      It-tieni nett, għandu jiġi mfakkar li l-kliem stess tal-Artikolu 6(2)(a) tal-Konvenzjoni ta’ Ruma u l-fatt li dan l-artikolu jirreferi għal-liġi tal-pajjiż “fejn” il-ħaddiem iwettaq ix-xogħol tiegħu, ma jikkontradixxux l-interpretazzjoni li x-xogħol fil-pajjiż “minn fejn” il-ħaddiem iwettaq ix-xogħol tiegħu huwa wkoll rilevanti. Il-ħaddiem jista’ tabilħaqq iwettaq abitwalment xogħlu, preċiżament fil-pajjiż, minn fejn huwa jwettaq dan ix-xogħol. Minn dan il-lat il-kliem tal-Artikolu 6(2)(a) tal-Konvenzjoni ta’ Ruma, huma fil-fehma tiegħi miftuħa għall-interpretazzjoni.

63.      It-tielet nett, huwa importanti li jiġi enfasizzat li s-sempliċi fatt li l-ħaddiem iwettaq ix-xogħol tiegħu minn Stat kontraenti ma huwiex biżżejjed biex il-liġi ta’ dak l-Istat tapplika għall-kawża. Jekk b’analoġija tiġi applikata l-ġurisprudenza dwar l-Artikolu 5(1) tal-Konvenzjoni ta’ Brussell, ikun ċar li l-Qorti tal-Ġustizzja kienet teħtieġ f’din il-ġurisprudenza, li l-ħaddiem kellu effettivament iwettaq il-biċċa l-kbira tal-obbligi tiegħu lejn il-persuna li timpjegah, fi jew minn Stat kontraenti speċifiku (56). Il-kriterju fundamentali rilevanti fil-kuntest ta’ din il-ġurisprudenza huwa għalhekk iċ-ċentru attwali fejn il-ħaddiem jeżerċita l-attività professjonali tiegħu. Jekk, pereżempju, il-ħaddiem kien jirritorna sistematikament fi Stat kontraenti speċifiku biss, iżda jwettaq il-biċċa l-kbira tal-obbligi tiegħu fi Stat ieħor, l-ewwel stat, fil-fehma tiegħi, ma jistax ikun il-pajjiż fejn jew li minnu, il-ħaddiem iwettaq abitwalment xogħlu.

64.      L-interpretazzjoni litterali tal-Artikolu 6(2)(a) tal-Konvenzjoni ta’ Ruma għalhekk fil-fehma tiegħi, ma toħloq l-ebda ostaklu fid-determinazzjoni tal-liġi applikabbli għal kuntratt ta’ xogħol, li tiġi kkunsidrata l-liġi tal-pajjiż fejn jew li minnu, il-ħaddiem abitwalment iwettaq xogħlu.

b)      Interpretazzjoni storika

65.      Fil-kuntest tal-interpretazzjoni storika, wieħed irid iħares qabelxejn, lejn ir-rapport Giuliano/Lagarde fuq il-Konvenzjoni ta’ Ruma (57), u jeżamina l-parti li tiddiskuti r-relazzjoni bejn l-punti (a) u (b) tal-Artikolu 6(2) tal-Konvenzjoni ta’ Ruma. Huwa ddikjarat f’dan ir-rapport li punt (a) ta’ dan l-artikolu japplika jekk il-ħaddiem iwettaq abitwalment ix-xogħol tiegħu f’pajjiż partikolari u jekk iwettqu temporanjament f’pajjiż ieħor, filwaqt li punt (b) japplika jekk il-ħaddiem ma jwettaqx xogħlu abitwalment fl-istess pajjiż (58).

66.      Fil-fehma tiegħi, wieħed ma jistax jikkonkludi fuq il-bażi ta’ dan ir-rapport, li l-Artikolu 6(2)(a) tal-Konvenzjoni ta’ Ruma għandu jiġi interpretat fis-sens li jiftaħ il-possibbiltà lill-ħaddiem li jwettaq xogħlu abitwalment ukoll minn Stat kontraenti speċifiku, iżda fl-istess ħin dan ir-rapport ma jeskludix fil-fehma tiegħi, interpretazzjoni bħal din. Fil-fatt, dan ir-rapport, ma jorbotx; għall-kuntrarju huwa akkademiku u analitiku għaliex tħejja minn grupp ta’ esperti u għalhekk ma jirrappreżentax il-volontà leġiżlattiva finali tal-Istati li ffirmaw il-Konvenzjoni (59).

67.      Għandu jiġi nnotat li mir-rapport Cruz/Real/Jenard fuq il-Konvenzjoni ta’ San Sebastian (60), imħejji fir-rigward tal-Konvenzjoni ta’ Brussell (61) kif emendata mill-Konvenzjoni ta’ San Sebastian, ma jidhirx li l-Artikolu 5(1) tal-Konvenzjoni ta’ Brussell jista’ jiġi interpretat fis-sens li l-post minn fejn il-ħaddiem iwettaq xogħlu jista’ wkoll ikun rilevanti għad-determinazzjoni tal-ġurisdizzjoni għal kuntratti ta’ xogħol (62). Dan, madankollu, ma żammx il-Qorti tal-Ġustizzja, fil-kawża Mulox – ittrattata biss ftit snin wara r-rapport iċċitat hawn fuq – milli tagħraf il-possibbiltà li l-post minn fejn ix-xogħol twettaq jista’ wkoll ikun rilevanti (63).

68.      Il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawżi Mulox u Rutten u kawżi oħra dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 5(1) tal-Konvenzjoni ta’ Brussell, turi għalhekk li l-Qorti tal-Ġustizzja adottat, fir-rigward tal-interpretazzjoni ta’ dan l-artikolu, pożizzjoni differenti minn dik li ħadu l-esperti fir-rapporti ċċitati. Fil-fehma tiegħi, riżultat bħal dan huwa wkoll possibbli fir-rigward tal-interpretazzjoni tal-Artikolu 6(2)(a) tal-Konvenzjoni ta’ Ruma.

69.      Huwa għalhekk impossibbli li mill-interpretazzjoni storika, tikkonkludi li huwa possibbili li tapplika l-ġurisprudenza dwar l-Artikolu 5(1) tal-Konvenzjoni ta’ Brussell għall-interpretazzjoni tal-Artikolu 6(2)(a) tal-Konvenzjoni ta’ Ruma, iżda fil-fehma tiegħi l-interpretazzjoni storika lanqas ma teskludi l-applikazzjoni ta’ din il-ġurisprudenza.

c)      Interpretazzjoni sistematika

70.      L-interpretazzjoni sistematika titlob interpretazzjoni parallela tal-Artikolu 6(2)(a) tal-Konvenzjoni ta’ Ruma u tal-Artikolu 5(1) tal-Konvenzjoni ta’ Brussell. Din l-interpretazzjoni għandha żewġ aspetti. Minn naħa għandu jiġi kkunsidrat il-fatt li fil-passat il-kliem tal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni ta’ Ruma influwenzaw l-interpretazzjoni tal-Artikolu 5(1) tal-Konvenzjoni ta’ Brussell, u min-naħa l-oħra, għandu wkoll jiġi kkunsidrat il-kliem tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament Ruma I li ġie adottat wara.

71.      Bl-adozzjoni u kif ukoll wara l-emendi tagħha fl-1978 (64) u 1982 (65), il-Konvenzjoni ta’ Brussell – għall-kuntrarju tal-Konvenzjoni ta’ Ruma – s’issa għad ma fihiex dispożizzjonijiet speċjali dwar il-kompetenza għall-kuntratti tax-xogħol, iżda minflok tgħid biss li f’każijiet marbuta ma’ relazzjonijiet kuntrattwali, tista’ tiġi introdotta azzjoni fil-post tal-eżekuzzjoni tal-obbligi kuntrattwali.

72.      Matul dan il-perijodu, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet fil-kawża Ivenel (66), fejn kellha tiddeċiedi dwar il-kwistjoni ta’ liema obbligu għandu jittieħed inkunsiderazzjoni għall-applikazzjoni tal-Artikolu 5(1) tal-Konvenzjoni ta’ Brussell, meta kuntratt ta’ xogħol huwa kkonċernat. Fl-interpretazzjoni tal-Artikolu 5(1) tal-Konvenzjoni ta’ Brussell, il-Qorti tal-Ġustizzja rreferiet f’din il-kawża għall-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni ta’ Ruma. Hija saħqet li taħt dan l-artikolu tal-Konvenzjoni ta’ Ruma, għal kuntratti ta’ xogħol japplikaw il-liġijiet tal-pajjiż fejn il-ħaddiem abitwalment iwettaq xogħlu, sakemm ma jidhirx miċ-ċirkustanzi kollha li l-kuntratt għandu rabtiet iktar stretti ma’ pajjiż ieħor (67). Hija ddeċidiet f’dan ir-rigward li l-obbligu li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni fil-kuntest tal-Artikolu 5(1) tal-Konvenzjoni ta’ Brussell huwa l-obbligu li jikkaratterizza l-kuntratt (68), u għalhekk warrbet, fir-rigward ta’ kuntratti ta’ xogħol, il-ġurisprudenza preċedenti dwar il-kompetenza għall-kawżi dwar kuntratti (69).

73.      Din il-ġurisprudenza u indirettament u ovvjament l-formulazzjoni tal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni ta’ Ruma wkoll, kellhom effett iktar tard biss meta fl-1989 l-Artikolu 5(1) tal-Konvenzjoni ta’ Brussell ġie emendat permezz tal-Konvenzjoni ta’ San Sebastian (70) b’tali mod li ġiet ipprovduta ġurisdizzjoni speċjali għal kuntratti ta’ xogħol. Il-Konvenzjoni ta’ Brussell għalhekk inkludiet ukoll, ir-regolamenti speċjali tal-kompetenza għall-kuntratti ta’ xogħol (71).

74.      Fil-kuntest tal-interpretazzjoni sistematika, ta’ min ukoll nenfasizza raġuni oħra li tmur favur l-applikazzjoni tal-ġurisprudenza dwar l-Artikolu 5(1) tal-Konvenzjoni ta’ Brussell għall-interpretazzjoni tal-Artikolu 6(2)(a) tal-Konvenzjoni ta’ Ruma, jiġifieri l-fatt li l-leġiżlatur Komunitarju qies din il-ġurisprudenza fil-proċedura tal-adozzjoni tar-Regolament Ruma I, li saret wara l-Konvenzjoni ta’ Ruma. Sa fejn il-liġi applikabbli għall-kuntratt individwali ta’ xogħol ma ntgħażlitx mill-partijiet, il-kuntratt għandu jkun regolat mil-liġi tal-pajjiż li fih jew, fin-nuqqas ta’ dan, li minnu l-ħaddiem abitwalment jeżerċita x-xogħol tiegħu fl-eżekuzzjoni tal-kuntratt (72).

75.      Din l-emenda leġiżlattiva hija fil-fehma tiegħi importanti għalina minn żewġ perspettivi.

76.      Hija importanti, minn naħa, peress li turi b’mod ċar li l-leġiżlatur ried jagħti lid-dispożizzjoni kkwotata ta’ dan l-istrument tad-dritt internazzjonali privat, l-istess tifsira li għandu – fuq il-bażi tal-ġurisprudenza tal-Qorti – il-kunċett ta’ “post fejn il-ħaddiem abitwalment iwettaq xogħlu” fl-Artikolu 5(1) tal-Konvenzjoni ta’ Brussell (73). Il-kliem tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament Ruma I huma ċertament ferm differenti minn dawk tal-Artikolu 6(2)(a) tal-Konvenzjoni ta’ Ruma kif ukoll minn dawk tal-Artikolu 5(1) tal-Konvenzjoni ta’ Brussell, iżda fil-fatt din ma hi xejn iktar ħlief formulazzjoni iktar ċara jew kodifikazzjoni tal-ġurisprudenza eżistenti dwar l-Artikolu 5(1) tal-Konvenzjoni ta’ Brussell (74).

77.      Min-naħa l-oħra, din l-emenda leġiżlattiva hija importanti, peress li turi li l-leġiżlatur ried li l-Artikolu 8(2)(a) tar-Regolament Ruma I għandu jiġi interpretat b’mod wiesa’ u li l-liġi applikabbli għal kuntratt ta’ xogħol jiġi ddeterminat, jekk possibbli, fuq il-bażi ta’ dan l-artikolu (75). Fl-opinjoni tal-leġiżlatur Komunitarju, l-applikazzjoni ta’ punt (b) ta’ dan l-artikolu hija iktar rari (76). Huwa għalhekk essenzjali li jiġi kkunsidrat iċ-ċentru tal-attivitajiet tal-ħaddiem anki jekk dan organizza biss in-negozju tiegħu minn dan il-post (77).

78.      L-għan tal-kodifikazzjoni tar-regoli tal-kunflitt tal-liġijiet fir-Regolament Ruma I kien li tissostitwixxi l-Konvenzjoni ta’ Ruma (78) u fl-istess ħin li tkun żgurata fundamentalment, kontinwità ma’ din il-konvenzjoni (79). Huwa għalhekk xieraq li d-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Ruma jiġu interpretati bħala li jiżguraw din il-kontinwità u jippermettu lir-Regolament Ruma I li jibda japplika mingħajr modifiki sinjifikattivi fl-interpretazzjoni.

79.      Għaldaqstant, fil-fehma tiegħi, l-interpretazzjoni sistematika tmur favur l-applikazzjoni tal-ġurisprudenza dwar l-Artikolu 5(1) tal-Konvenzjoni ta’ Brussell għall-interpretazzjoni tal-Artikolu 6(2)(a) tal-Konvenzjoni ta’ Ruma.

d)      Interpretazzjoni teleoloġika

80.      Ir-raġuni li, mill-perspettiva teleoloġika, tmur favur l-applikazzjoni tal-ġurisprudenza dwar l-Artikolu 5(1) tal-Konvenzjoni ta’ Brussell għall-interpretazzjoni tal-Artikolu 6(2)(a) tal-Konvenzjoni ta’ Ruma hija t-tfittxija għall-koerenza bejn forum u ius, u għalhekk il-ġurisdizzjoni kompetenti biex tiddeċiedi tapplika l-liġi tal-Istat tagħha stess (80). Taħt iċ-ċirkustanzi ideali, ir-regola tal-kompetenza kienet tiddikjara bħala kompetenti, il-ġurisdizzjoni tal-Istat fejn il-liġi ser tapplika fuq il-bażi tar-regoli tad-dritt internazzjonali privat. B’dan il-mod, din il-ġurisdizzjoni tapplika l-aħjar liġi li taf, biex b’hekk titnaqqas il-possibbiltà ta’ applikazzjoni żbaljata tal-liġi (barranija) u fl-istess ħin tiġi evitata l-konstatazzjoni tal-liġi barranija li tidher li tkun impenjattiva kemm mill-perspettiva ta’ ħin u kif ukoll dik finanzjarja.

81.      L-interpretazzjoni konsistenti tal-kunċett ta’ pajjiż u post fejn il-ħaddiem “abitwalment iwettaq ix-xogħol tiegħu” fl-Artikolu 6(2) tal-Konvenzjoni ta’ Ruma u fl-Artikolu 5(1) tal-Konvenzjoni ta’ Brussell tista’ tikkontribwixxi għall-konformità bejn forum u ius, minħabba li fuq il-bażi ta’ din l-interpretazzjoni konsistenti, il-qorti tal-post fejn il-ħaddiem abitwalment iwettaq xogħlu ser ġeneralment ikollha ġurisdizzjoni f’kawżi minħabba kuntratti ta’ xogħol, u din il-qorti ser tkun qiegħda tapplika fl-istess ħin il-liġi tagħha stess (lex loci laboris (81)). Jiena għalhekk nemmen li dawn il-kunċetti tal-Konvenzjoni ta’ Brussell u l-Konvenzjoni ta’ Ruma għandhom jiġu interpretati b’mod konsistenti.

e)      Limitazzjonijiet tal-interpretazzjoni parallela

82.      Madanakollu, jiena nixtieq nindika b’mod ġenerali li ta’ min wieħed juża ċertu kawtela fl-interpretazzjoni parallela ta’ kunċetti identiċi jew simili li jirriżultaw mir-regoli ta’ kunflitt tal-liġijiet u standards għad-determinazzjoni tal-ġurisdizzjoni internazzjonali, minħabba li ż-żewġ gruppi ta’ standards għandhom għanijiet differenti (82). Filwaqt li l-għan tar-regoli tal-kunflitt tal-liġijiet huwa li jiddetermina l-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali (f’dan il-każ kuntratt ta’ xogħol), l-għan tal-istandards għad-determinazzjoni ta’ ġurisdizzjoni internazzjonali huwa li jiddeterminaw il-qorti li jkollha ġurisdizzjoni. Ir-regoli ta’ kunflitt (il-Konvenzjoni ta’ Ruma) għalhekk ġeneralment iwasslu għad-determinazzjoni tal-liġi ta’ pajjiż wieħed, iżda fuq il-bażi tal-applikazzjoni tar-regoli għad-determinazzjoni tal-ġurisdizzjoni kompetenti fuq livell internazzjonali, ir-rikorrent madankollu jista’ jkollu l-possibbiltà – f’xi każijiet inqas – li jagħżel il-forum fejn jaġixxi (83).

83.      Jiena għalhekk nixtieq niġbed l-attenzjoni li f’din il-kawża jiena ma ninvokax uniformità ġenerali tal-interpretazzjoni tal-kunċetti identiċi jew simili flimkien tal-Konvenzjonijiet ta’ Ruma u Brussell. Jiena nemmen li huwa importanti li wieħed jinnota qabel kollox, li ma huwiex possibbli li tibda bi preżunzjoni ġenerali li l-kunċetti identiċi jew simili kollha għandhom jiġu interpretati b’mod uniformi; għandha minflok, dejjem tiġi indirizzata l-kwistjoni ta’ interpretazzjoni konsistenti fil-kuntest ta’ kull każ individwali (84). Ta’ min jinnota wkoll li ġieli lanqas l-kunċetti f’qasam speċifiku ma jistgħu jiġu interpretati b’mod konsistenti. Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, pereżempju fil-kawża C (85) fil-qasam tal-interpretazzjoni tar-Regolament Nru 2201/2003 (86), li l-kunċett ta’ “materja ċivili” ta’ dan ir-regolament, jikkostitwixxi kunċett awtonomu u f’din l-okkażjoni ma serħitx fuq id-definizzjoni ta’ dan il-kunċett tal-Konvenzjoni ta’ Brussell jew tar-Regolament Nru 44/2001. Huwa minnu, madankollu, li fl-oqsma fejn l-istandards tal-istrumenti taż-żewġ oqsma għandhom l-istess għan ta’ protezzjoni (pereżempju l-protezzjoni tal-ħaddiema jew tal-konsumaturi), interpretazzjoni konsistenti ser tkun iktar probabbli (87).

4.      Kriterji li l-qorti nazzjonali għandha tieħu inkunsiderazzjoni

84.      Il-kriterju tal-pajjiż fejn, jew li minnu, il-ħaddiem abitwalment iwettaq xogħlu jiddependi għalhekk miċ-ċirkustanzi ta’ kull każ individwali.

85.      F’din il-kawża, il-qorti nazzjonali għandha għalhekk tiddeċiedi f’liema Stat kontraenti, jew minn liema Stat, il-ħaddiem iwettaq abitwalment xogħlu. Fil-kuntest tal-proċedura għal deċiżjoni preliminari, li hija bbażata fuq tqassim ċar tal-kompetenzi bejn il-qrati nazzjonali u l-Qorti tal-Ġustizzja, kwalunkwe evalwazzjoni tal-fatti trid issir mill-qorti nazzjonali (88). Fil-ġurisprudenza tagħha taħt l-Artikolu 5(1) tal-Konvenzjoni ta’ Brussell ukoll, il-Qorti tal-Ġustizzja enfasizzat li l-qorti nazzjonali għandha tiddetermina l-post jew il-pajjiż fejn il-ħaddiem abitwalment iwettaq xogħlu (89). Il-Qorti tal-Ġustizzja għandha madankollu tipprovdi lill-qorti nazzjonali bi kriterji ċari fuq liema tkun tista’ tiddeċiedi.

86.      Nistgħu nikkonstataw li l-Qorti tal-Ġustizzja fil-ġurisprudenza dwar l-Artikolu 5(1) tal-Konvenzjoni ta’ Brussell, ikkunsidrat diversi kriterji fl-evalwazzjoni ta’ jekk il-ħaddiem wettaqx xogħlu fi Stat kontraenti speċifiku, ovvjament fil-kuntest tal-fatti li huma l-bażi tal-kawża.

87.      Għalhekk, fil-kawża Mulox, il-ħaddiem kien direttur ta’ marketing internazzjonali. Huwa kellu l-uffiċċju fi Franza (Aix-les-Bains) u għall-bidu kien ibigħ il-prodotti fil-Ġermanja, il-Belġju, l-Pajjiżi l-Baxxi u l-pajjiżi Skandinavi, qabel ma mbagħad kompla jaħdem biss fi Franza (90). F’din il-kawża, il-Qorti tal-Ġustizzja, fid-determinazzjoni tal-post fejn il-ħaddiem abitwalment wettaq xogħlu fis-sens tal-Artikolu 5(1) tal-Konvenzjoni ta’ Brussell, ikkunsidrat il-fatt li l-ħaddiem kellu l-uffiċċju fi Stat kontraenti, għex f’dak l-Istat, wettaq xogħlu minn dak il-post, li kien jirritorna hemm wara t-tlestija tax-xogħol u, fil-bidu tal-kawża, ma wettaq xogħol imkien ħlief f’dak l-Istat (91).

88.      Fil-kawża Rutten, l-ħaddiem għex fil-Pajjiżi l-Baxxi u kien jaħdem mal-fergħa Olandiża ta’ kumpannija mir-Renju Unit (92). Huwa qatta’ żewġ terzi tal-ħin tax-xogħol tiegħu fil-Pajjiżi l-Baxxi fejn kellu l-uffiċċju u t-terz li jibqa’ fir-Renju Unit, il-Belġju, il-Ġermanja u l-Istati Uniti (93). Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet f’dik il-kawża li l-ħaddiem kien wettaq żewġ terzi tal-ħidma fil-pajjiż fejn huwa kellu l-uffiċċju tiegħu, organizza xogħlu għall-persuna li timpjegah minn dan il-pajjiż u rritorna hemmhekk wara kull vjaġġ professjonali (94).

89.      Il-kawża Weber tirrigwarda ħaddiem li għal bosta snin ħadem bħala kok fuq vapuri u faċilitajiet fiż-żona tal-blata kontinentali Olandiża, iżda wkoll għal ftit xhur fuq krejn tal-baħar użat fl-ibħra Daniżi (95). F’din il-kawża, il-Qorti tal-Ġustizzja nnotat li – għall-kuntrarju tal-kawżi Mulox u Rutten – il-ħaddiem ma kellu l-ebda uffiċċju fi Stat kontraenti li seta’ jkun iċ-ċentru attwali tal-attivitajiet tiegħu jew li minnu kien iwettaq id-dmirijiet tiegħu lejn il-persuna li timpjegah (96). Skont il-Qorti tal-Ġustizzja, il-kriterju taż-żmien kien determinanti – il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat f’liema pajjiż il-ħaddiem kien qatta’ l-biċċa l-kbira tal-ħin tax-xogħol tiegħu (97).

90.      Il-kawża Pugliese kienet tikkonċerna ċittadina Taljana li kienet ħaddiema ma’ kumpannija Taljana, li kienet ordnatilha trasferiment għal post tax-xogħol f’kumpannija bbażata fil-Ġermanja ma’ liema kienet daħlet f’kuntratt ta’ xogħol (98). Il-Qorti tal-Ġustizzja għalhekk kellha taġixxi f’ċirkustanzi fejn il-ħaddiema kienet daħlet f’żewġ kuntratti ta’ xogħol suċċessivi ma’ tnejn li jimpjegaw, l-ewwel wieħed kien ġie informat bid-dħul f’kuntratt mat-tieni wieħed u kien hemm qbil dwar is-sospensjoni temporanja tal-eżekuzzjoni tal-ewwel kuntratt tax-xogħol (99). Il-kawża qajmet il-kwistjoni ta’ liema pajjiż il-ħaddiema – bil-għan tad-determinazzjoni tal-ġurisdizzjoni kompetenti biex tinqata’ l-kawża bejn il-ħaddiema u l-persuna li timpjegaha – abitwalment taħdem fih. Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-post fejn il-ħaddiema kienet twettaq l-obbligi tagħha lejn it-tieni wieħed li impjegaha seta’ kien il-post fejn hija abitwalment wettqet ix-xogħol tagħha jekk l-ewwel wieħed li impjegaha, fil-mument tal-konklużjoni tat-tieni kuntratt ta’ xogħol, kellu l-interess li l-ħaddiema tipprovdi s-servizzi għat-tieni persuna li impjegatha, f’post iddeterminat minn din tal-aħħar (100).

91.      Fid-duttrina, insibu wkoll, kriterji differenti għad-determinazzjoni tal-pajjiż jew il-post fejn il-ħaddiem abitwalment iwettaq xogħlu. Id-duttrina ssemmi, pereżempju, bħala kriterju ta’ distinzjoni bejn it-twettiq abitwali u t-twettiq każwali tax-xogħol, il-ħin li l-ħaddiem jeħtieġ biex iwettaq xogħol f’pajjiż partikolari u s-sinjifikat tal-attività inkwistjoni (101). Minkejja l-fatt li l-ħin huwa kriterju rilevanti, dan ma għandux ikun kriterju deċiżiv; l-punt essenzjali huwa li l-ħaddiem stabbilixxa f’pajjiż speċifiku, iċ-ċentru attwali tal-attivitajiet tiegħu (102). Fid-duttrina insibu wkoll bħala kriterju rilevanti, il-finijiet tal-partijiet kontraenti (103). Hija enfasizzata wkoll il-ħtieġa li jiġi kkonstat jekk il-qalba tal-eżerċizzju tal-attività tistax tkun lokalizzata fi Stat kontraenti (104).

92.      F’din il-kawża wkoll, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tindika lill-qrati nazzjonali liema kriterji għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni fl-evalwazzjoni tal-pajjiż fejn il-ħaddiem iwettaq xogħlu.

93.      Rigward il-kriterji ta’ rilevanza possibbli, għandu qabel kollox jiġi enfasizzat li n-natura tal-attivitajiet li wettaq H. Koelzsch hija differenti mill-attivitajiet involuti fil-kawżi deċiżi s’issa, relatati mal-Artikolu 5(1) tal-Konvenzjoni ta’ Brussell, u partikolarment differenti min-natura tal-attivitajiet fil-kawżi Mulox u Rutten. Huwa fuq kollox importanti li jiġi enfasizzat li minħabba n-natura tal-attivitajiet H. Koelzsch ma kellux bżonn uffiċċju u minn dan il-lat, din il-kawża hija komparabbli mal-kawża Weber. Din il-kawża, infatti, tirrigwarda attività ta’ trasport: H. Koelzsch iġorr fjuri u pjanti oħra minn Odense fid-Danimarka għal diversi postijiet fil-Ġermanja u pajjiżi oħra. Il-qorti nazzjonali għandha għalhekk f’dan il-każ, tikkunsidra l-karatteristiċi tal-attività tat-trasport, kemm dawk tal-metodu tat-twettiq tal-attività kif ukoll it-tip ta’ għodda jew mezzi tax-xogħol.

94.      Kif diġà jiena enfasizzajt hawn fuq (105), biex tiġi applikata l-liġi ta’ Stat kontraenti speċifiku, ma huwiex biżżejjed li l-ħaddiem jirritorna sistematikament f’dak l-Istat; għall-kuntrarju dan irid ikun stabbilixxa f’dan l-Istat, iċ-ċentru tal-attivitajiet tiegħu wkoll. Is-sempliċi fatt li l-ħaddiem jerġa’ lura sistematikament fi Stat kontraenti speċifiku ma huwiex biżżejjed biex jissodisfa l-kriterju li huwa abitwalment iwettaq xogħlu jew li huwa stabbilixxa ċ-ċentru attwali tal-attivitajiet tiegħu f’dan l-Istat.

95.      Ir-ritorn sistematiku f’pajjiż għalhekk ma huwiex l-uniku element li jista’ jkun rilevanti f’din il-kawża. Il-qorti nazzjonali għandha, fid-determinazzjoni tal-pajjiż li fih jew li minnu H. Koelzsch abitwalment wettaq xogħlu, tikkunsidra ċ-ċirkustanzi kollha tal-kawża.

96.      Għaldaqstant, fil-fehma tiegħi l-qorti nazzjonali għandha fuq kollox tikkunsidra dawn l-elementi:

–        għandha tara f’liema pajjiż H. Koelzsch wettaq l-attività tat-trasport u teżamina fid-dettall f’dan ir-rigward, id-dokumenti fejn huma rreġistrati l-vjaġġi tiegħu (Kørselsrapport);

–        fid-determinazzjoni tal-pajjiżi fejn H. Koelzsch wettaq l-attività tat-trasport, għandha tikkunsidra, minn naħa, il-pajjiżi li H. Koelzsch ivvjaġġa fihom li ma kinux id-destinazzjoni finali (jiġifieri l-pajjiżi miżjura), u min-naħa l-oħra, il-pajjiżi li kienu d-destinazzjoni finali tat-trasport; b’rabta ma’ dan, hija għandha tivverifika jekk id-destinazzjonijiet finali kinux iktar f’pajjiż wieħed jew jekk kinux mifruxa indaqs fuq bosta pajjiżi differenti;

–        għandha tivverifika, minn liema post H. Koelzsch organizza l-attività tiegħu u kif żvolġiet l-organizzazzjoni tal-istess attività;

–        fil-kuntest tal-organizzazzjoni tal-attività, għandha ssib fejn kienu jinsabu l-għodda tax-xogħol; f’din il-kawża, il-fatt rilevanti huwa jiġifieri li t-trakkijiet kienu stazzjonati fil-Ġermanja fi tliet postijiet hekk imsejħa “dar” (Wechselstandorte) (106) – Kassel, Neukirchen/Vluyn, Osnabrück – u li t-trakk ta’ H. Koelzsch kien stazzjonat f’Osnabrück;

–        fil-kuntest tal-organizzazzjoni tal-attività, hija għandha, fost oħrajn, tinnota li l-ħaddiema, residenti f’Osnabrück, kienu jwettqu l-bidliet għall-fini tat-trasport, hemmhekk;

–        fil-kuntest tal-organizzazzjoni tal-attività, huwa ta’ importanza wkoll li tikkonstata fejn H. Koelzsch irċieva istruzzjonijiet għall-eżekuzzjoni tat-trasport;

–        f’dak li jirrigwarda l-organizzazzjoni tal-attività, għandha wkoll tikkunsidra l-fatt li H. Koelzsch beda l-vjaġġi ta’ trasport minn Osnabrück u wara li wettaq it-trasport irritorna f’dan l-istess post.

97.      Il-qorti nazzjonali għandha għalhekk, fid-determinazzjoni tal-pajjiż fejn jew li minnu, il-ħaddiem abitwalment iwettaq xogħlu, tikkunsidra kemm il‑kriterju sostantiv kif ukoll il-kriterju taż-żmien (107).

98.      F’dan ir-rigward għandu jiġi enfasizzat li, fid-determinazzjoni tal-pajjiż fejn jew li minnu, il-ħaddiem abitwalment iwettaq ix-xogħol tiegħu, il-fatt jekk il‑kumpannija Gasa Spedition kellhiex infrastruttura fil-Lussemburgu jew kaxxa postali biss ma huwiex rilevanti. Lanqas huwa ta’ importanza, fl-opinjoni tiegħi, jekk H. Koelzsch rċeviex struzzjonijiet mill-kwartieri ġenerali fil-Lussemburgu tal-kumpannija Gasa Spedition jew indirettament mill-kwartieri ġenerali fid‑Danimarka tal-kumpannija Gasa Odense Blomster. F’din il-kawża, din l‑informazzjoni fil-verità ma tikkontribwixxix għad-determinazzjoni tal-post fejn il-ħaddiem wettaq ix-xogħol għall-persuna li timpjegah.

E –    Konklużjoni

99.      Din il-kawża hija ta’ importanza deċiżiva għall-interpretazzjoni tal‑Artikolu 6(2)(a) tal-Konvenzjoni ta’ Ruma peress li minħabba l-ħtieġa ta’ livell għoli ta’ protezzjoni tal-ħaddiema, hija testendi l-portata ta’ dan l-artikolu b’tali mod li fid-determinazzjoni tal-pajjiż fejn il-ħaddiem abitwalment iwettaq ix‑xogħol tiegħu fis-sens ta’ dan l-artikolu, l-elementi rilevanti ma humiex biss il‑pajjiż fejn il-ħaddiem iwettaq effettivament xogħlu, iżda wkoll il-pajjiżi minn fejn il-ħaddiem iwettaq dan ix-xogħol. Għalhekk, l-interpretazzjoni mogħtija mill‑Qorti tal-Ġustizzja fil-ġurisprudenza tagħha dwar l-Artikolu 5(1) tal‑Konvenzjoni ta’ Brussell tapplika b’analoġija għall-interpretazzjoni tal‑Artikolu 6(2)(a) tal-Konvenzjoni ta’ Ruma.

100. Fid-dawl tal-konstatazzjonijiet f’dawn il-konklużjonijiet, jiena għalhekk tal-opinjoni li r-risposta għad-domanda preliminari għandha tkun li l‑Artikolu 6(2)(a) tal-Konvenzjoni ta’ Ruma għandu jiġi interpretat fis-sens li – f’każ fejn il-ħaddiem, taħt kuntratt, iwettaq ix-xogħol tiegħu f’diversi Stat kontraenti – il-pajjiż fejn il-ħaddiem taħt kuntratt iwettaq abitwalment xogħlu fis‑sens ta’ dan l-artikolu huwa l-pajjiż fejn jew li minnu, fid-dawl taċ‑ċirkustanzi kollha tal-kawża inkwistjoni, il-ħaddiem effettivament iwettaq l-biċċa l-kbira mill‑obbligi tiegħu lejn il-persuna li timpjegah, u li din l‑evalwazzjoni għandha ssir mill‑qorti nazzjonali, billi tikkunsidra l-fatti kollha.

VII – Konklużjonijiet

101. Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, jiena nipproponi lill-Qorti tal‑Ġustizzja tirrispondi b’dan il-mod għad-domanda li saret mill-Conseil d’État:

L-Artikolu 6(2)(a) tal-Konvenzjoni ta’ Ruma, tad-19 ta’ Ġunju 1980, dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali, għandhom jiġu interpretati fis-sens li – f’każ fejn il-ħaddiem iwettaq xogħlu f’diversi Stati kontraenti – il-pajjiż fejn il‑ħaddiem taħt kuntratt, abitwalment iwettaq ix-xogħol tiegħu fis-sens ta’ dan l‑artikolu, huwa l-pajjiż fejn jew li minnu, fid-dawl taċ-ċirkustanzi tal‑kawża inkwistjoni, il-ħaddiem effettivament iwettaq il-biċċa l-kbira mill-obbligi tiegħu lejn il-persuna li timpjegah. Il-qorti nazzjonali għandha twettaq din l-evalwazzjoni, billi tikkunsidra l-fatti kollha tal-kawża.


1 –      Lingwa oriġinali tal-konklużjonijiet: is-Sloven. Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.


2 –      ĠU C 169, 08.07.2005, p. 10.


3 –      ĠU L 177, 04.07,2008, p. 6.


4 – Fid-duttrina pereżempju, Ferrari, F., “From Rome to Rome via Brussels: remarks on the law appricable to contractual obligations absent a choice by the parties” Rabels Zeitschrift für ausländisches und internationales Privatrecht, Nru 4/2009, jsostni li l-għan ta’ dan l-istrument leġiżlattiv ġdid ma kienx li jintroduċi regoli ġodda, iżda pjuttost li jirriformula l-Konvenzjoni eżistenti fir-regolament. Ara wkoll, pereżempju, Lagarde, P., A. Tenenbaum, “De la convention de Rome au règlement Rome I”, Revie critique de droit international privé, Nru 4/2008, p. 727 etseq.


5 – Ara l-Artikolu 28 tar-Regolament Ruma I.


6 – L-ewwel sentenza fejn il-Qorti tal-Ġustizzja interpretat il-Konvenzjoni ta’ Ruma hija dik tas-6 ta’ Ottubru 2009, ICF (C‑133/08, Ġabra p. I‑9687) li kienet tikkonċerna l-interpretazzjoni tal-Artikolu 4 tal-konvenzjoni li fih ir-regoli li jiddeterminaw il-liġi applikabbli fin-nuqqas ta’ għażla ta’ partijiet għall-kuntratt.


7 – Nosserva li fil-kuntest tat-talba għal deċiżjoni preliminari tad-29 ta’ Lulju 2010, il-Qorti tal-Ġustizzja kienet ukoll intalbet tiddeċiedi dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 6(2)(b) tal-Konvenzjoni ta’ Ruma; din hija l-Kawża C-384/10, Voogsgeerd (ĠU C 317, 20.11.2010, p. 14). Il-kawża tikkonċerna l-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ “pajjiż fejn jinsab l-istabbiliment li jimpjega lill-ħaddiem” fis-sens ta’ dan l-artikolu jekk il-ħaddiem abitwalment ma jwettaqx xogħlu f’pajjiż wieħed biss. Fid-data tal-preżentazzjoni ta’ dawn il-konklużjonijiet Iil-Qorti tal-Ġustizzja għadha ma ddeċidietx dwar din il-kwistjoni.


8 – Ara s-sentenzi tat-13 ta’ Lulju 1993, Mulox IBC (C‑125/92, Ġabra p. I‑4075); tad-9 ta’ Jannar 1997, Rutten (C‑383/95, Ġabra p. I‑57; tas-27 ta’ Frar 2002, Weber (C‑37/00, Ġabra p. I‑2013) u tal-10 ta’ April 2003, Pugliese (C‑437/00, Ġabra p. I‑3573).


9 – ĠU C 27, 26.01.1998, p. 47.


10 – Konvenzjoni ta’ Brussell tal-1968, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU L 299, 31.12.1972, p. 32), kif emendata bil-konvenzjoni tad-9 ta’ Ottubru 1978 dwar l-adeżjoni tar-Renju tad-Danimarka, tal-Irlanda u tar-Renju tal-Gran Brittaja u l-Irlanda ta’ Fuq (ĠU L 304, 30.10.1978, 30.10.1978, p. 1 u – verżjoni emendata p. 77), il-konvenzjoni tal-25 ta’ Ottubru, 1982 dwar l-adeżjoni tar-Repubblika Griega (ĠU L 388, 31.12.1982, p. 1), il-Konvenzjoni tad-29 ta’ Novembru 1996 dwar l-adeżjoni tar-Renju ta’ Spanja u tar-Repubblika Portugiża (ĠU L 285, 3.10.1989, p. 1) u l-Konvenzjoni tad-29 ta’ Novembru 1996 dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Awstrija, tar-Repubblika tal-Finlandja u tar-Renju tal-Isvezja (ĠU C 15, 15.01.1997 p. 1).


11 –      Nenfasizza li fil-verżjoni inizjali tal-Konvenzjoni ta’ Brussell, ma kien hemm l-ebda dispożizzjonijiet speċjali dwar il-ġurisdizzjoni għall-kuntratti tax-xogħol; dawn ġew inklużi fl-1989 bil-Konvenzjoni dwar l-adeżjoni tar-Renju ta’ Spanja u r-Repubblika Portugiża fil-Konvenzjoni ta’ Brussell (magħrufa bħala San Sebastian, ĠU L 285, 03.10.1989, p. 1).


12 – F’dawn il-konklużjonijiet, jiena ser nuża l-kunċett ta’ “dritt tal-Unjoni” bħala kunċett komuni għad-dritt Komunitarju u d-dritt tal-Unjoni. Meta jiġu ċċitati d-dispożizzjonijiet tad-dritt primarju, jiena ser insemmi dawk li japplikaw rationetemporis.


13 – ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42.


14 – L-Artikolu 2 tal-kuntratt ta’ xogħol jipprevedi li jekk l-ebda parti ma tittermina l-kuntratt qabel l-iskadenza tal-perijodu ta’ prova, dan il-kuntratt isir permanenti taħt il-Liġi tal-24 ta’ Mejju 1989; dan jirreferi għall-liġi Lussemburgiża tal-kuntratt ta’ xogħol (Loi du 24 mai 1989 sur le contrat de travail, Journal officiel du Grand-duché du Luxembourg, Nru 35, 5 ta’ Ġunju 1989, p. 611).


15 – H. Koelzsch jinvoka s-sentenza tas-17 ta’ Marzu 1988 tal-Bundesarbeitsgericht (2 AZR 576/87).


16 – Journal officiel du Grand-duché du Luxembourg, Nru 51, 26 ta’ Settembru 1988, p. 1000.


17 – H. Koelzsch jinvoka, f’dan ir-rigward, is-sentenzi Mulox (punti 21 sa 23), Rutten (punt 18) u Weber (punt 42), iċċitati iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 8.


18 – Sentenza Mulox iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 8.


19 – Sentenza Rutten iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 8.


20 – Sentenza Weber iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 8.


21 – Ara s-sentenza ICF iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 6 (punt 22).


22 – Ara wkoll il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Y. Bot fil-kawża ICF (sentenza tas-6 ta’ Ottubru 2009, C‑133/08, Ġabra p. I‑9867, punt 35).


23 – Rapport dwar il-Konvenzjoni dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali ta’ Mario Giuliano, Professur fl-Università ta’ Milan, u Paul Lagarde, Professur fl-Università ta’ Pariġi I (ĠU C 282, 31.10.1980, p. 1), minn hawn “rapport Giuliano/Lagarde fuq il-Konvenzjoni ta’ Ruma”.


24 – Ara s-sentenza ICF iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 6 (punt 23).


25 – Ara, pereżempju, is-sentenzi tal-21 ta’ Ġunju 1978, Bertrand (150/77, Ġabra p. 1431, punti 14 sa 16); tad-19 ta’ Jannar 1993, Shearson Lehman Hutton (C‑89/91, Ġabra p. I‑139, punt 13); tat-3 ta’ Lulju 1997, Benincasa (C‑269/95, Ġabra p. I‑3767, punt 12); tal-11 ta’ Lulju 2002, Gabriel (C‑96/00, Ġabra p. I‑6367, punt 37) u tal-20 ta’ Jannar 2005, Engler (C‑27/02, p. I‑481, punt 33).


26 – Ara, pereżempju, is-sentenzi tat-13 ta’ Lulju 2006, Reisch Montage (C‑103/05, Ġabra p. I‑6827, punt 29); tat-2 ta’ Ottubru 2008, Hassett u Doherty (C‑372/07, Ġabra p. I‑7403, punt 17) u tat-23 ta’ April 2009, Draka NK Cables et (C‑167/08, Ġabra p. I‑3477, punt 19).


27 – Sentenza tat-30 ta’ Settembru 2003, Köbler (C‑224/01, Ġabra p. I‑10239).


28 – Sentenza Köbler iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 27 (punt 1 tad-dispożittiv).


29 – Ara fid-duttrina, pereżempju Rigaux, F., “Quelques problèmes d’interprétation de la Convention de Rome”, L’européanisation du droit international privé (Série de publications de l’Académie de droit européen de Trèves, Vol. 8), 1996, p. 33.


30 – Ara l-Ewwel Protokoll dwar l-interpretazzjoni tal-Konvenzjoni ta’ Ruma u t-Tieni Protokoll dwar it-trasferiment lill-Qorti tal-Ġustizzja, ta’ ċerti kompetenzi għall-interpretazzjoni tal-Konvenzjoni dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali, miftuħa għall-firma fid-19 ta’ Ġunju, 1980 f’Ruma (ĠU C 27, 26.01.1998, p. 52)


31 – Fid-duttrina, dan il-punt huwa enfasizzat wkoll pereżempju fi Plender, R., The European Contracts Convention.The Rome Convention on the Choice of Law for Contracts, Sweet & Maxwell, Londra 1991, p. 42, punt 2.25.


32 – Iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 16.


33 – Ara punt 27 tal-osservazzjonijiet bil-miktub tal-Kummissjoni.


34 – Ara s-sentenzi Mulox, Rutten, Weber u Pugliese iċċitati fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 8.


35 – Ara l-konkluzjonijiet tal-Avukat Y. Bot fil-kawża ICF iċċitati fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 22 (punt 36).


36 – Għal iktar informazzjoni dwar id-dispożizzjonijiet mandatorji tal-Konvenzjoni ta’ Ruma, ara Wojewoda, M., “Mandatory rules in private international law: with special reference to the mandatory system under the Rome Convention on the law applicable to contractual obligations”, Maastricht journal of European and comparative law, Nru 2/2000, p. 183 et seq. Dan l-awtur jenfasizza dwar r-referenza għad-dispożizzjonijiet mandatorji tal-Artikolu 6(1) tal-Konvenzjoni ta’ Ruma (p. 201), li l-proċedura biex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ dan it-tip ta’ regoli mandatorji hija pjuttost ikkumplikata: il-qorti nazzjonali għandha qabel kollox tiddetermina liema liġi tapplika għall-kuntratt ta’ xogħol jekk il-partijiet ma kinux għamlu għażla, imbagħad tara jekk din il-liġi tinkludix dispożizzjonijiet obbligatorji li jipproteġu d-drittijiet tal-ħaddiema u finalment jiġu applikati d-dispożizzjonijiet li huma iktar favorevoli għall-ħaddiema mid-dispożizzjonijiet tal-liġi magħżula mill-partijiet. Ara wkoll Fletcher, I. F., Conflict of Laws and European Community Law: With Special Reference to the Community Conventions on private international law, North-Holland, Amsterdam 1982, p. 168; Morse, R.C.G.J., “Consumer Contracts, Employment Contracts and the Rome Convention”, International and Comparative Law Quarterly, Nru 1/1992, p. 14–16; Salvadori, M. M., “La protezione del contraente debole (consumatori e lavoratori) nella Convenzione di Roma”, Sacerdoti, G., M. Frigo (editur), La Convenzione di Roma sul diritto applicabile ai contratti internazionali, Giuffrè Editore, Milan 1993, p. 62 u 63.


37 – Filwaqt li r-Regolament Ruma I jinkludi klawżola simili għall-Artikolu 8(4), la l-Artikolu 5(1) tal-Konvenzjoni ta’ Brussell u lanqas l-Artikolu 19 tar-Regolament Nru 44/2001, ma fihom din il-klawżola. Ara duttrina, pereżempju, Ofner, H. “Neuregelung des internationalen Vertragsrecht: Römisches Schuldvertragsübereinkommen” RechtderWirtschaft, Nru 1/1999, p. 7, li jenfasizza li minħabba din il-klawżola, l-Artikolu 6(2) tal-Konvenzjoni ta’ Ruma huwa preżunt li jista’ jiġi kkontestat jekk il-kuntratt ikollu rabta eqreb ma’ Stat ieħor.


38 – Ara s-sentenza tal-15 ta’ Jannar 1987, Shenavai (266/85, Ġabra p. 239, punt 16).


39 – Ara s-sentenzi ċċitati fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 8 Mulox (punt 18); Rutten (punt 22); Weber (punt 40) u Pugliese (punt 18). Ara wkoll is-sentenza Ivenel iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 44 (punt 14), fejn il-Qorti tal-Ġustizzja invokat l-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni ta’ Ruma biex tibbaża dan l-għan ta’ protezzjoni fil-kuntest tal-interpretazzjoni tal-Artikolu 5(1), tal-Konvenzjoni ta’ Brussell.


40 – Ara r-rapport Giuliano/Lagarde dwar il-Konvenzjoni ta’ Ruma, iċċitat fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 23, kummentarju tal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni ta’ Ruma (punt 1). Fid-duttrina, ara pereżempju Rudisch B. fi Czernich, D., H. Heiss, EVÜ. Das Europäische. Schuldvertragsübereinkommen, Orac, Vjenna 1999, p. 155; Plender, R., M. Wilderspin, The European Contracts Convention. The Rome Convention on the Choice of Law for Contracts, Sweet & Maxwell, Londra 2001, p. 159, punt 8-01; Clerici, R., “Quale favor per il lavoratore nel Regolamento Roma I?”, Venturini, G., S. Bariatti, Liber Fausto Pocar, Vol. 2, Giuffrè Editore, Milano 2009, p. 216 u 217; Knez, R., “Rimska konvencija o uporabi prava pri pogodbenih obligacijskih razmerjih in njen pomen za Republiko Slovenijo”, Pravnik, Nru 1‑3/1994, p. 52 u 53. Ara wkoll, dwar il-protezzjoni tal-ħaddiem bħala l-parti l-iktar dgħajfa fil-kuntratt fir-Regolament Ruma I, Lein, E., “The New Rome I/Rome II/Brussels I Synergy”, Yearbook of Private International Law, 2008, p. 187.


41 – Plender, R., M. Wilderspin, The European Private International Law of Obligations, Thomson Reuters, Londra 2009, p. 316, punt 11-043.


42 – Għal kummentarju dwar din il-ġurisprudenza ara fid-duttrina, pereżempju, Pataut, É., “L’office du juge communautaire dans le contentieux international du travail”, Procès du travail, travail du procès, L.G.D.J., Pariġi 2008, p. 326 et seq; Gaudemet-Tallon, H., “Compétence et exécution des jugements en Europe: Règlement 44/2001, Conventions de Bruxelles (1968) et de Lugano (1988 u 2007)”, Librairie générale de droit et de jurisprudence, Pariġi 2010, p. 305 et seq.


43 – Il-Qorti tal-Ġustizzja żviluppat regoli ġenerali tal-kompetenza fir-relazzjonijiet kuntrattwali f’żewġ sentenzi, jiġifieri dik tas-6 ta’ Ottubru 1976, De Bloos (14/76, Ġabra p. 1497) u tas-6 ta’ Ottubru 1976, Tessili (12/76, Ġabra. p. 1473). Fil-kawża De Bloos (punt 13) il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat li l-kunċett ta’ “obbligu” ta’ dan l-artikolu jikkonċerna l-obbligu kuntrattwali li huwa s-suġġett tar-rikors tar-rikorrent, u għalhekk l-obbligu inkwistjoni li huwa s-suġġett tal-proċedura bejn il-partijiet għall-kuntratt, filwaqt li fil-kawża Tessili (punt 13) hija ddeċidiet li l-post ta’ twettiq tal-obbligu kuntrattwali inkwistjoni huwa ddeterminat mil-liġi applikabbli għar-relazzjoni kuntrattwali fuq il-bażi tar-regoli tal-kunflitt tal-ġurisdizzjoni tal-qorti li ddeċidiet fuq il-kawża.


44 – Ara s-sentenza tas-26 ta’ Mejju 1982 fil-kawża Ivenel (Ġabra p. 1891, dispożittiv u punt 20).


45 – Sentenza Mulox iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 8. Ninnota li l-Qorti tal-Ġustizzja, fil-fatt diġà ddeċidiet is-sentenza tal-15 ta’ Frar 1989 fil-kawża Six Constructions (32/88, Ġabra. p. 341) dwar il-każ fejn il-ħaddiem wettaq ix-xogħol tiegħu f’diversi Stati, iżda dawn ma kinux Stati kontraenti tal-Konvenzjoni ta’ Brussell (punt 4 tas-sentenza). Hija għalhekk ikkunsidrat li l-Artikolu 5(1) tal-Konvenzjoni ta’ Brussell ma japplikax, iżda għandhom minflok jiddeterminaw il-ġurisdizzjoni fuq il-bażi tar-regola ġenerali tal-Artikolu 2 tal-Konvenzjoni, u għalhekk il-post tar-residenza permanenti tal-konvenut (punt 2 tad-dispożittiv tas-sentenza).


46 – Ara s-sentenza Mulox iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 8 (dispożittiv). Ara wkoll il-punti 24 u 26 tas-sentenza. Bil-Franċiż, li f’din il-kawża kienet ukoll il-lingwa proċedurali, dan il-kriterju kien “lieu […] où ou à partir duquel le travailleur s’acquitte principalement de ses obligations à l’égard de son employeur”.


47 – Ara s-sentenza Rutten iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 8 (dispożittiv). Ara wkoll il-punti 23, 26 u 27 tas-sentenza.


48 – Ara s-sentenza Rutten iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 8 (punt 23). Fil-lingwa tal-proċedura (l-Olandiż) il-kriterji tas-sentenza Rutten huma dawn: “de plaats waar de werknemer het werkelijke centrum van zijn beroepswerkzaamheden heeft gevestigd en waar of van waaruit hij in feite het belangrijkste deel van zijn verplichtingen jegens zijn werkgever vervult”.


49 – Ara s-sentenza Weber iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 8 (punt 2 tad-dispożittiv u punt 58). Fil-lingwa proċedurali (l-Olandiż) dan il-kriterju huwa “de plaats is waar of van waaruit hij, rekening houdend met alle omstandigheden van het concrete geval, feitelijk het belangrijkste deel van zijn verplichtingen jegens zijn werkgever vervult”.


50 – Ibid.


51 – Ara s-sentenza Pugliese ċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 8 (punt 20).


52 – Ara s-sentenza Pugliese ċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 8 (punt 1 tad-dispożittiv u punt 26). Fil-lingwa proċedurali (il-Ġermaniż) dan il-kriterju huwa “der Ort, an dem der Arbeitnehmer seine Verpflichtungen gegenüber einem zweiten Arbeitgeber erfüllt, als der Ort angesehen werden kann, an dem er gewöhnlich seine Arbeit verrichtet, wenn der erste Arbeitgeber […] zum Zeitpunkt des Abschlusses des zweiten Vertrages selbst ein Interesse an der Erfüllung der vom Arbeitnehmer für den zweiten Arbeitgeber an einem von diesem bestimmten Ort zu erbringenden Leistung hatte”.


53 – Ara, pereżempju, Wurmnest, W., fi Basedow, J., K. J. Hopt, R. Zimmermann, HandwörterbuchdesEuropäischenPrivatrechts, Band I, Mohr Siebeck, Tübingen 2009, p. 93. Junker, A., “Gewöhnlicher Arbeitsort und internationalen Privatrecht im vorübergehende Entsendung”, f’Lorenz, S., FestschriftfürAndreasHeldrichzum70. Geburtstag, Beck, München 2005, p. 722, li jipprovdi li l-Konvenzjoni ta’ Ruma ġiet adottata bħala att supplimentari għall-Konvenzjoni ta’ Brussell u l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja rigward l-interpretazzjoni tal-Artikolu 5(1) tal-Konvenzjoni ta’ Brussell jgħodd ukoll għar-regoli tal-kunflitt relatati ma’ kuntratti ta’ xogħol. Ara wkoll, pereżempju Deinert, O., “Neues internationales Arbeitsvertragsrechts” RechtderArbeit, Nru 3/2009, p. 145.


54 – B’enfasi. Il-verżjoni Ingliża tal-Artikolu 6(2)(a) tal-Konvenzjoni ta’ Ruma: “law of the country in which the employee habitually carries out his work”, il-verżjoni Ġermaniża “Recht des Staates, in dem der Arbeitnehmer […] gewöhnlich seine Arbeit verrichtet”, il-verżjoni Spanjola “país en que el trabajador […] realice habitualmente su trabajo”, il-verżjoni Taljana “paese in cui il lavoratore […] compie abitualmente il suo lavoro”.


55 – Għandu jiġi nnutat li d-differenza fil-kliem bejn l-Artikolu 6(2)(a) tal-Konvenzjoni ta’ Ruma u l-Artikolu 5(1) tal-Konvenzjoni ta’ Brussell hija li l-Konvenzjoni ta’ Ruma tirreferi għal “pajjiż” u l-Konvenzjoni ta’ Brussell għal “post” fejn jitwettaq abitwalment ix-xogħol, iżda fil-fehma tiegħi din id-differenza ma tinsinwax li l-ġurisprudenza relatata mal-Artikolu 5(1) tal-Konvenzjoni ta’ Brussell, ma tistax tiġi applikata għall-interpretazzjoni tal-Artikolu 6(2)(a) tal-Konvenzjoni ta’ Ruma. Ara, fid-duttrina, b’konnessjoni ma’ din id-differenza, pereżempju, Junker, op.cit (nota ta’ qiegħ il-paġna 53), p. 724.


56 – Ara l-punti 53 sa 57 ta’ dawn il-konklużjonijiet


57 – Ir-rapport Giuliano/Lagarde dwar il-Konvenzjoni ta’ Ruma, iċċitat fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 23.


58 – Ir-rapport Giuliano/Lagarde dwar il-Konvenzjoni ta’ Ruma, iċċitat fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 23; il-kummentarju tal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni ta’ Ruma (punt 3).


59 – Għandu jiġi osservat ukoll li l-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni sostnuta biss permezz ta’ metodu storiku ma tistax tkun iktar importanti minn interpretazzjoni bbażata fuq metodi oħra. Ara, b’analoġija mad-dritt tal-Unjoni, Pechstein, M., C. Drechsler, “Die Auslegung und Fortbildung ta Primärrechts” f’Riesenhuber, K., EuropäischeMethodenlehre: HandbuchfürAusbildungundPraxis, de Gruyter Recht, Berlin 2006, p. 172 u 173. Minkejja l-inqas saħħa allegata tagħha, il-Qorti tal-Ġustizzja ma eskludietx l-interpretazzjoni storika fil-ġurisprudenza tagħha; fil-fatt, pereżempju fis-sentenza tas-7 ta’ Ottubru 2010 fil-kawża Lassal (C‑162/09, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra, punt 55) hija użat dan il-metodu.


60 – Rapport fuq il-Konvenzjoni ta’ San Sebastian imħejji minn M. Almeida Cruz, M. Desantes Real u P. Jenard (ĠU C 189, 28.06.1990, p. 35, iktar ’il quddiem ir-rapport Cruz/Real/Jenard dwar il-Konvenzjoni ta’ San Sebastian).


61 – Iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 11.


62 – A fortiori naturalment ukoll fir-rapport dwar il-Konvenzjoni ta’ Brussell imħejji minn P. Jenard (ĠU C 59, 05.03.1979, p. 18, iktar ’il quddiem ir-rapport Jenard dwar il-Konvenzjoni ta’ Brussell) – l-ewwel rapport dwar il-Konvenzjoni – flimkien mal-Artikolu 5(1) tal-Konvenzjoni din il-possibbiltà ta’ interpretazzjoni ma ġietx ipprovduta għaliex matul dan il-perjodu l-Konvenzjoni ta’ Brussell ma kien fiha assolutament l-ebda dispożizzjoni speċjali għad-determinazzjoni tal-kompetenza għall-kuntratti ta’ xogħol.


63 – Sentenza Mulox iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 8 (punt 26).


64 – Konvenzjoni tad-9 ta’ Ottubru 1978 dwar l-adeżjoni tar-Renju tad-Danimarka, l-Irlanda u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għall-Konvenzjoni dwar il-ġurisdizzjoni u l-implimentazzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 10.


65 – Konvenzjoni tal-25 ta’ Ottubru 1982 dwar l-adeżjoni tar-Repubblika Griega għall-konvenzjoni dwar il-ġurisdizzjoni u l-implimentazzjoni tas-sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 10.


66 – Ara s-sentenza Ivenel iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 44.


67 – Ara s-sentenza Ivenel iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 44 (punt 13).


68 – Ara s-sentenza Ivenel iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 44 (punt 20).


69 – Ara l-punt 52 ta’ dawn il-konklużjonijiet.


70 – Iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 11.


71 – Fuq dan l-iżvilupp ara, pereżempju, fid-duttrina, Junker, op. Cit. (nota ta’ qiegħ il-paġna 53), p. 722 u 723; Sinay-Cytermann, A., “La protection de la partie faible en droit international privé: les exemples du salarié et du consommateur”, Le droit international privé: mélanges en l’honneur de Paul Lagarde, Dalloz, Pariġi 2005, p. 739 u 740. Ara wkoll ir-rapport Cruz/Real/Jenard dwar il-Konvenzjoni ta’ San Sebastian, iċċitat fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 60, punt 23; Gaudemet-Tallon, op. cit. (nota ta’ qiegħ il-paġna 42), p. 302 et seq.


72 – Ara fid-duttrina, pereżempju, Mankowski, P., f’Ferrari, F., S. Leible, Rome I Regulation. The Law Applicable to Contractual Obligations in Europe, Sellier, München 2009, p. 177, li jenfasizza li din hija l-iktar emenda importanti tal-Artikolu 6(2)(a) tal-Konvenzjoni ta’ Ruma.


73 – Ara l-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni tal-liġi għall-obbligi kuntrattwali (Ruma I) (COM(2005) 650 finali), kummentarju tal-Artikolu 6. Dan il-punt huwa enfasizzat fid-duttrina, pereżempju f’Wurmnest, op.cit. (nota ta’ qiegħ il-paġna 53), p. 94; Plender u Wilderspin, op. cit. (note 41), p. 315, punt 11-041; Gaudemet-Tallon, H., “Le principe de proximité dans le Règlement Rome I”, Revue hellénique de droit international, 2008, p. 195; Marquette, V., “Le Règlement ‘Rome I’ sur la loi applicable aux contrats internationaux”, Revue de droit commercial belge, Nru 6/2009, p. 532, nota ta’ qiegħ il-paġna 91; Kenfack, H., “Le règlement (CE) no. 593/2008 du 17 juin 2008 sur la loi applicable aux obligations contractuelles (‘Rome I’), navire stable aux instruments efficaces de navigation?”, Journal du droit international, Nru 1/2009, p. 65.


74 – Ara fid-duttrina, Magnus, U., “Die Rom I-Verordnung”, Praxis des internationalen Privat- und Verfahrensrechts (IPRax), Nru 1/2010, p. 40 u 41; Mauer, R., “Die Kündigung komplexer grenzüberschreitender Arbeitsverhältnisse nach der EG-Verordnung ROM I”, Recht der internationalen Wirtschaft, Nru 2/2007, p. 93; Boskovic, O., “La protection de la partie faible dans le règlement Rome I”, Recueil Dalloz, Nru 31/2008, p. 2175 et seq; Corneloup, S., “La loi applicable aux obligations contractuelles: transformation de la Convention de Rome en règlement communautaire ‘Rome I’”, La semaine juridique. Édition générale, Nru 44/2008, p. 26, nota ta’ qiegħ il-paġna 34; Zilinsky, M., “Rome I en arbeidsovereenkomst”, Weekblad voor privaatrecht, notariaat en registratie, Nru 6824/2009, p. 1034.


75 – Ara f’dan is-sens, pereżempju, Boskovic, op.cit. (nota ta’ qiegħ il-paġna 74), p. 2175 et seq; Hansen, L. L., “Applicable employment law after Rome I: the draft Rome I Regulation and its importance for employment contracts”, European business law review, Nru 4/2008, p. 768.


76 – Ara l-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-applikazzjoni tal-liġi għal relazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I) (COM(2005) 650), kummentarju tal-Artikolu 6. Ara wkoll f’dan is-sens Magnus, op.cit. (nota ta’ qiegħ il-paġna 74), p. 41.


77 – Ara Mankowski (2009), op.cit. (nota ta’ qiegħ il-paġna 72), p. 177, li tirreferi għal din ir-regola bħala “regola bażika”, għaliex din tikkunsidra l-bażi jew iċ-ċentru minn fejn il-ħaddiem jeżerċita l-attività tiegħu.


78 – L-Artikolu 24(1) tar-Regolament Ruma I jipprovdi li dan ir-regolament jissostitwixxi l-Konvenzjoni ta’ Ruma fl-Istati Membri Istati Membri , għajr dawk it-territorji tal-Istati Membri li jaqgħu fil-kamp tal-applikazzjoni territorjali tal-Konvenzjoni u li għalihom r-regolament ma japplikax.


79 – L-Artikolu 24(2) tal-Konvenzjoni ta’ Ruma jipprovdi li, safejn ir-regolament jissostitwixxi l-Konvenzjoni ta’ Ruma, kwalunkwe referenza għal din il-konvenzjoni għandha tinftiehem bħala referenza għar-regolament. Ara wkoll il-letteratura ċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 4.


80 – Ara, dwar il-konsistenza bejn forum u ius, pereżempju, Esplugues Mota, C., G. Palao Moreno, f’Magnus, U., P. Mankowski (editur), Brussels I Regulation, Sellier, München 2007, p. 334, punt 7; Mankowski, P., f’Rauscher, T. (editur), EuropäischesZivilprozeβrecht. Kommentar, it-tieni edizzjoni, Sellier, European Law Publishers, München 2006, p. 319, punt 4. Ara wkoll ir-rapport Jenard dwar il-Konvenzjoni ta’ Brussell iċċitat fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 62, p. 24, fejn hemm iddikjarat li huwa ttamat li fi kwistjonijiet li jinqalgħu minħabba kuntratti ta’ xogħol, fejn possibbli, tiddeċiedi l-ġurisdizzjoni tal-Istat li l-liġi tiegħu tapplika għall-kuntratt.


81 – Ara, għall-applikazzjoni ta’ dan il-kunċett, pereżempju Salvadori, op.cit. (nota ta’ qiegħ il-paġna 36), p. 66; Gamillscheg, F., “Conflitti di leggi nei contratti di lavoro e nelle relazioni industriali”, fi Biagi, M., R. Blanpain, Diritto del lavoro e relazioni industriali nei paesi industrializzati ad economia di mercato, Vol. I, Maggioli Editore, Rimini 1991, p. 544.


82 – Ara, fid-duttrina, pereżempju Van Eeckhoutte, W., “The Rome Convention on the Law Applicable to Contractual Obligations and Labour Law (1980)”, fi Blanpain, R., Freedom of services in the European Union, Kluwer, Den Haag 2006, p. 170.


83 – Ara f’dan is-sens, fid-duttrina, pereżempju Mankowski, P., “Internationale Zuständigkeit und anwendbares Recht: Parallelen und Divergenzen”, f’Lorenz, S., Festschrift für Andreas Heldrich zum 70. Geburtstag, Beck, München 2005, p. 868 u 869; Lüttringhaus, J. D., J. Weber, “Aussonderungsklagen an der Schnittstelle von EuGVVO und EuInsVO”, Recht der internationalen Wirtschaft, Nru 1-2/2010, p. 49; “Max Planck Institute for Comparative and International Private Law: Comments on the European Commission’s Proposal for a Regulation of the European Parliament and the Council on the law applicable to contractual obligations (Rome I)”, Rabels Zeitschrift für ausländisches und internationales Privatrecht, Nru 2/2007, p. 238; Lein, op.cit. (nota ta’ qiegħ il-paġna 40), p. 196; Kropholler, J., Internationales Privatrecht: einschließlich der Grundbegriffe des internationalen Zivilverfahrensrechts, Mohr Siebeck, Tübingen 2006, p. 612.


84 – Ara, pereżempju, wkoll il-konklużjonijiet tiegħi ppreżentati fis-27 ta’ Jannar 2009 fil-kawża Falco Privatstiftung (sentenza tat-23 ta’ April 2009 C‑533/07, Ġabra p. I‑3327) fejn ġbidt l-attenzjoni fuq il-limitazzjonijiet ta’ interpretazzjoni konsistenti ta’ kunċetti f’atti legali differenti u b’mod iktar speċifiku l-possibbiltà ta’ analoġija parzjali biss bejn il-kunċett ta’ “servizz” fir-Regolament Nru 44/2001 u fil-liġi primarja (punti 60 et seq) u l-analoġija impossibli bejn dan il-kunċett fir-Regolament Nru 44/2001 u fid-dispożizzjonijiet tal-Unjoni fil-qasam tal-VAT.


85 – Sentenza tas-27 ta’ Novembru (C‑435/06, Ġabra p. I‑10141).


86 – Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003, tas-27 ta’ Novembru 2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri, li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 243).


87 – Ara Lüttringhaus, J., “Der Direktanspruch im vergemeinschafteten IZVR und IPR nach der Entscheidung EuGH VersR 2009, 1512 (Vorarlberger Gebietskrankenkasse)”, Versicherungsrecht, Nru 4/2010, p. 189. Ara wkoll Lein, op.cit. (nota ta’ qiegħ il-paġna 40), p. 186 u 187, li jiddiskuti l-protezzjoni tal-parti l-iktar dgħajfa fil-kuntratt (jiġifieri tal-ħaddiem ukoll) fir-Regolament Ruma I u r-Regolament Nru 44/2001.


88 – Ara f’dan is-sens, pereżempju, is-sentenzi tat-18 ta’ Diċembru 2007, Laval un Partneri (C‑341/05, Ġabra p. I‑11767, punt 45); tat-22 ta’ Ottubru 2009, Zurita García (C‑261/08 u C‑348/08, Ġabra p. I‑10143, punt 34) u tas-16 ta’ Lulju 2009, Gómez-Limón (C‑537/07, Ġabra p. I‑6525, punt 24).


89 – Ara s-sentenzi ċċitati fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 8: Mulox (punt 25), Rutten (punt 25), Weber (punt 55) u Pugliese (punt 25). Ara fid-duttrina, dwar l-evalwazzjoni ta’ kull każ individwali b’rabta mal-kunċett komparabbli ta’ “post fejn l-impjegat abitwalment iwettaq xogħlu” Regolament Nru 44/2001 Mankowski (2006), op. cit. (nota ta’ qiegħ il-paġna 80), p. 320, punt 4.


90 – Ara s-sentenza Mulox iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 8 (punt 3).


91 – Ara s-sentenza Mulox iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 8 (punt 25).


92 – Ara s-sentenza Rutten iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 8 (punt 2).


93 – Ara s-sentenza Rutten iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 8 (punt 5).


94 – Ara s-sentenza Ruttem iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 8 (punt 25).


95 – Ara s-sentenza Weber iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 8 (punti 17 sa 21).


96 – Ara s-sentenza Weber iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 8 (punt 48).


97 – Ara s-sentenza Weber iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 8 (punt 58).


98 – Ara s-sentenza Pugliese iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 8 (punti 4, 5 u 7).


99 – Ara s-sentenza Pugliese iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 8 (punt 13).


100 – Ara s-sentenza Pugliese iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 8 (punt 26).


101 – Ara, pereżempju Van Eeckhoutte, op cit. (nota ta’ qiegħ il-paġna 82), p.169 u 170.


102 – Ara Plender u Wilderspin, op cit. (nota ta’ qiegħ il-paġna 41), p. 315, punt 11-039.


103 – Ara, pereżempju, Van Eeckhoutte, op cit. (nota ta’ qiegħ il-paġna 82), p. 170; b’rabta mal-Artikolu 8(2), tar-Regolament Ruma I ara Mankowski (2009), op cit. (nota ta’ qiegħ il-paġna 72), p.178.


104 – Ara Wurmnest, op cit. (nota ta’ qiegħ il-paġna 53), p. 93.


105 – Ara punt 63 ta’ dawn il-konklużjonijiet.


106 – Kif jirriżulta mid-digriet tar-rinviju, hemm tliet trakkijiet stazzjonijiet f’kull wieħed mit-tliet postijiet; it-trakk ta’ H. Koelzsch kien stazzjonat f’Osnabrück.


107 – Ara wkoll Junker, op cit. (nota ta’ qiegħ il-paġna 53), p. 733.