18.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 49/14


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-18 ta’ Novembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Bari — l-Italja) — Giovanni Colapietro vs Ispettorato Centrale Repressioni Frodi

(Kawża C-519/10) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikoli 92(1), 103(1) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli ta’ Proċedura - Settur tal-inbid - Regolamenti (KEE) Nru 822/87 u (KE) Nru 343/94 - Domanda li r-risposta għaliha ma tħalli lok għal ebda dubju raġonevoli - Inammissibbiltà manifesta)

2012/C 49/22

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Bari

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Giovanni Colapietro

Konvenuta: Ispettorato Centrale Repressioni Frodi

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunale di Bari — Settur tal-inbid — Skema ta’ distillazzjoni obbligatorja — Sena 1993/1994 — Kamp ta’ applikazzjoni temporali tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 822/87, tas-16 ta’ Marzu 1987, dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid (ĠU L 84, p. 1) — Tħassir ta’ dan ir-regolament bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 343/94, tal-15 ta’ Frar 1994, li jiftaħ id-distillazzjoni obbligatorja prevista fl-Artikolu 39 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 822/87 u li jidderoga minn ċerti regoli dettaljati marbuta mas-sena 1993/1994 (ĠU L 44, p. 9) — Sanzjoni amministrattiva prevista mid-dritt nazzjonali fil-każ ta’ ksur tar-Regolament Nru 822/87 — Applikabbiltà fil-każ ta’ ksur tar-Regolament Nru 343/94 — Proporzjonalità tas-sanzjoni amministrattiva imposta

Dispożittiv

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 343/94, tal-15 ta’ Frar 1994, li jiftaħ id-distillazzjoni obbligatorja prevista fl-Artikolu 39 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 822/87 u li jidderoga minn ċerti regoli dettaljati marbuta mas-sena 1993/1994, jimplementa r-Regolament Nru 822/87 mingħajr ma jabrogah jew jissostitwixxih.


(1)  ĠU C 13, 15.01.2011