14.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 109/2


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-19 ta’ Jannar 2012 (talba għal deċizjoni preliminari mressqa mill-Ufficio del Giudice di Pace di Venafro (l-Italja) — proċeduri kriminali kontra Aldo Patriciello

(Kawża C-496/10) (1)

(L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Membru tal-Parlament Ewropew - Protokoll dwar il-privileġġi u l-immunitajiet - Artikolu 8 - Proċeduri kriminali għar-reat ta’ inġurja - Dikjarazzjonijiet imwettqa barra mill-bini tal-Parlament - Kunċett ta’ “opinjoni espressa fil-qadi tad-dmirijiet parlamentari” - Immunità - Kundizzjonijiet)

2012/C 109/03

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Ufficio del Giudice di Pace di Venafro

Parti fil-proċeduri kriminali prinċipali

Aldo Patriciello

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Ufficio del Giudice di Pace di Venafro — Interpretazzjoni tal-Artikoli 9 u 10 tal-Protokoll dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU 1967 152, p. 13) — Membru tal-Parlament Ewropew li fil-konfront tiegħu qed jiġi attribwit reat ta’ inġurja wara li għamel akkuża falza fil-konfront ta’ rappreżentant tal-forzi tal-ordni — Kunċett ta’ opinjoni espressa fil-qadi tad-dmirijiet parlamentari?

Dispożittiv

L-Artikolu 8 tal-Protokoll dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, anness mat-Trattati UE, FUE u KEFA, għandu jiġi interpretat fis-sens li dikjarazzjoni mwettqa minn Deputat Ewropew barra mill-Parlament Ewropew, li wasslet għal proċeduri kriminali fl-Istat Membru ta’ oriġini tiegħu għar-reat ta’ inġurja, tikkostitwixxi opinjoni espressa fil-qadi tad-dmirijiet parlamentari li tibbenefika mill-immunità prevista f’din id-dispożizzjoni biss meta din id-dikjarazzjoni tikkorrispondi għal evalwazzjoni suġġettiva li għandha rabta diretta u evidenti mal-qadi ta’ tali dmirijiet. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tiddetermina jekk dawn il-kundizzjonijiet humiex issodisfati fil-kawża prinċipali.


(1)  ĠU C 346, 18.12.2010.