|
26.2.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 63/18 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-7 ta’ Diċembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Bacău — ir-Rumanija) — SC SEMTEX SRL vs Direcția Generală a Finanțelor Publice Bacău, Administrația Finanțelor Publice Bacău
(Kawża C-440/10) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Nuqqas ta’ deskrizzjoni tal-kuntest fattwali - Inammissibbiltà)
2011/C 63/33
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Curtea de Apel Bacău
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: SC SEMTEX SRL
Konvenuti: Direcția Generală a Finanțelor Publice Bacău, Administrația Finanțelor Publice Bacă
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Curtea de Apel Bacău Secția Comercială, Contencios Administrativ și Fiscal — Reġistrazzjoni ta’ vetturi użati preċedentement irreġistrati fi Stati Membri oħra — Taxxa ambjentali li taffettwa l-vetturi bil-mutur meta jiġu rreġistrati għall-ewwel darba fi Stat Membru — Kompatibbiltà tal-leġiżlazzjoni nazzjonali mal-Artikolu 110 TFUE — Diskriminazzjoni meta mqabbla mal-vetturi użati diġà rreġistrati fit-territorju tal-imsemmi Stat Membru u mhux suġġetti għall-imsemmija taxxa waqt bejgħ sussegwenti jew reġistrazzjoni ġdida.
Dispożittiv
It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Bacău, permezz ta’ deċiżjoni tal-1 ta’ Settembru 2010, hija manifestament inammissibbli