22.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/13


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-13 ta’ Lulju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Bacău — ir-Rumanija) — Direcția Generală a Finanțelor Publice Bacău, Administrația Finanțelor Publice Bacău vs Lilia Druțu

(Kawża C-438/10) (1)

(L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Taxxi interni - Artikolu 110 TFUE - Taxxa fuq it-tniġġis imposta fuq l-ewwel reġistrazzjoni ta’ vetturi)

2011/C 311/19

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Bacău

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Direcția Generală a Finanțelor Publice Bacău, Administrația Finanțelor Publice Bacău

Konvenut: Lilia Druțu

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Curtea de Apel Bacău Secția Comercială, Contencios Administrativ și Fiscal — Reġistrazzjoni ta’ vetturi użati preċedentement irreġistrati fi Stati Membri oħra — Taxxa ambjentali li taffettwa l-vetturi meta jiġu rreġistrati għall-ewwel darba fi Stat Membru — Kompatibbiltà tal-leġiżlazzjoni nazzjonali mal-Artikolu 110 TFUE — Diskriminazzjoni meta mqabbla mal-vetturi użati diġà rreġistrati fit-territorju tal-imsemmi Stat Membru u mhux suġġetti għall-imsemmija taxxa waqt bejgħ u reġistrazzjoni suċċessivi

Dispożittiv

L-Artikolu 110 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi Stat Membru milli jimponi taxxa fuq it-tniġġis li taffettwa l-vetturi meta jiġu rreġistrati għall-ewwel darba f’dak l-Istat Membru, jekk tali miżura fiskali titħaddem b’tali mod li tiskoraġġixxi d-dħul fiċ-ċirkulazzjoni, fl-imsemmi Stat Membru, ta’ vetturi użati mixtrija fi Stati Membri oħra, mingħajr ma tiskoraġġixxi x-xiri ta’ vetturi tal-istess żmien u kundizzjoni li jkunu fis-suq nazzjonali.


(1)  ĠU C 328, 04.12.2010.