27.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 252/9


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-31 ta’ Marzu 2011 — EMC Development AB vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-367/10 P) (1)

(Appell - Akkordji - Suq Ewropew tas-siment - Rikors għal annullament indirizzat kontra deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ lment intiż għall-adozzjoni ta’ regola armonizzata għas-siment - Proċedura ta’ adozzjoni tar-regola - Natura vinkolanti tar-regola - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)

2011/C 252/17

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: EMC Development AB (rappreżentant: W.-N. Schelp, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: J. Bourke, aġent)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tat-12 ta’ Mejju 2010, EMC Development vs Il-Kummissjoni (T-432/05), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-28 ta’ Novembru 2005, li tiċħad l-ilment tal-appellanti bbażata fuq l-Artikolu 2(2) tar-Regolament Nru 17 u li tikkonċerna allegati prattiki miftiehma tal-produtturi Ewropej ta’ siment Portland bl-għan li jiġi adottat standard Ewropew għas-siment (EN 197-1) intiż sabiex il-prodotti u t-teknoloġiji kompetituri jiġu esklużi mis-suq

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

EMC Development AB hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  GU C 288, 23.10.2010