16.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/8


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-8 ta’ April 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Craiova — ir-Rumanija) — Administrația Finanțelor Publice a Municipiului Târgu-Jiu, Administrația Fondului pentru Mediu vs Victor Vinel Ijac

(Kawża C-336/10) (1)

(L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Impożizzjonijiet interni - Artikolu 110 TFUE - Taxxa fuq l-inkwinament imposta mal-ewwel reġistrazzjoni ta’ vetturi bil-mutur)

2011/C 211/13

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Craiova

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Administrația Finanțelor Publice a Municipiului Târgu-Jiu, Administrația Fondului pentru Mediu

Konvenuta: Victor Vinel Ijac

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Curtea de Apel Craiova — Reġistrazzjoni ta’ vetturi użati li kienu diġà ġew irreġistrati fi Stati Membri oħra — Taxxa ambjentali fuq vetturi bil-mutur li jkunu qegħdin jiġu rreġistrati għall-ewwel darba fi Stat Membru speċifiku — Kompatibbiltà tal-leġiżlazzjoni nazzjonali mal-Artikolu 110 TFUE.

Dispożittiv

L-Artikolu 110 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi Stat Membru milli jistabbilixxi taxxa fuq l-inkwinament fuq vetturi bil-mutur li jkunu qegħdin jiġu rreġistrati għall-ewwel darba f’dan l-Istat Membru, jekk din il-miżura fiskali tiġi applikata b’mod li tiskoraġġixxi t-tqegħid fiċ-ċirkulazzjoni, fl-imsemmi Stat Membru, ta’ vetturi użati mixtrija fi Stati Membri oħra, mingħajr madankollu ma jiġi skoraġġut ix-xiri ta’ vetturi użati tal-istess numru ta’ snin u tal-istess użu fis-suq nazzjonali.


(1)  ĠU C 274, 09.10.2010.