28.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 25/21


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-12 ta’ Settembru 2011 — Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-289/10 P) (1)

(Appell - Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Sejħa għal offerti - Analiżi, żvilupp, manutenzjoni u sostenn ta’ sistemi telematiċi ta’ sorveljanza ta’ prodotti suġġetti għad-dazju tas-sisa - Ċaħda tal-offerta - Nuqqas ta’ motivazzjoni ta’ din iċ-ċaħda)

(2012/C 25/36)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (rappreżentant: N. Korogiannakis, dikigoros)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: M. Wilderspin, aġent)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tad-19 ta’ Marzu 2010 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni (T-50/05), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-18 ta’ Novembre 2004, li tiċħad l-offerta tal-appellanti fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti dwar l-analiżi, l-iżvilupp, il-manutenzjoni u s-sostenn ta’ sistemi telematiċi ta’ sorveljanza ta’ prodotti suġġetti għad-dazju tas-sisa kif ukoll tad-deċiżjoni li tagħti l-kuntratt lil offerent ieħor.

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  GU C 246, 11.09.2010.