19.3.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 89/4 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-25 ta’ Novembru 2010 — Lufthansa AirPlus Servicekarten GmbH vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trade marks u disinni), Applus Servicios Tecnológicos SL
(Kawża C-216/10 P) (1)
(Appell - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikoli 8(1)(b) u 5, 73, 74 u 79 - Trade mark figurattiva A+ - Oppożizzjoni tal-proprjetarju tat-trade mark verbali Komunitarja AirPlus International - Oppożizzjoni miċħuda)
2011/C 89/06
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Lufthansa AirPlus Servicekarten GmbH [rappreżentant(i): R. Kunze, Rechtsanwalt]
Appellati: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trade marks u disinni) [rappreżentant: D. Botis, agent], Applus Servicios Tecnologicos SL
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tat-3 ta’ Marzu 2010, Lufthansa AirPlus Servicekarten vs UASI u Applus Servicios Tecnológicos (T-321/07), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors għal annullament imressaq mill-proprjetarju tat-trade mark verbali Komunitarja “AirPlus International”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 35, 36 u 42, kontra d-Deċiżjoni R 310/2006-2 tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tas-7 ta’ Ġunju 2007, li tiċħad ir-rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni li tiċħad l-oppożizzjoni ppreżentata mill-appellanti kontra l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva “A+”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 35, 36, 37, 40, 41 u 42.
Dispożittiv
(1) |
L-appell huwa miċħud. |
(2) |
Lufthansa AirPlus Servicekarten GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż. |