19.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/3


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-23 ta’ Novembru 2010 — Enercon GmbH vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Hasbro, Inc.

(Kawża C-204/10 P) (1)

(Appell - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 8(1)(b) - Trade mark verbali ENERCON - Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade mark verbali TRANSFORMERS ENERGON - Rifjut ta’ reġistrazzjoni - Probabbiltà ta’ konfużjoni)

2011/C 89/05

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Enercon GmbH (rappreżentanti: J. Mellor, Barrister, R. Böhm, avukat)

Appellati: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis), Hasbro, Inc.

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla), tat-3 ta’ Frar 2010, Enercon vs UASI (T-472/07), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors għal annullament ippreżentat mill-applikant għat-trade mark verbali “ENERCON”, għal prodotti fil-klassijiet 16, 18, 24, 25, 28 u 32, kontra d-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI) R 959/2006-4, tal-25 ta’ Ottubru 2007, li tiċħad l-appell ippreżentat mir-rikorrenti kintra d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni li tirrifjuta r-reġistrazzjoni tal-imsemmija trade mark fil-kuntest tal-oppożizzjoni mressqa mill-proprjetarju tat-trade mark verbali Komunitarja “TRANSFORMERS ENERGON”, għal prodotti fil-klassijiet 16, 18, 24, 25, 28, 30 u 32 u tat-trade marks mhux irreġistrati “TRANSFORMERS ENERGON” u “ENERGON”, użati fir-Renju Unit għal prodotti li jixxiebhu — Ksur tal-Artikolu 8(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud

(2)

Enercon GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  GU C 179, 03.07.2010.