|
26.2.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 63/16 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla), tad-9 ta’ Diċembru 2010, (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Düsseldorf — il-Ġermanja) — KMB Europe BV vs Hauptzollamt Duisburg
(Kawża C-193/10) (1)
(L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar Regoli tal-Proċedura - Tariffa Doganali Komuni - Nomenklatura Magħquda - Klassifikazzjoni tariffarja - MP3/multimedia player - Intestatura 8521 - Tagħmir ta’ reġistrazzjoni jew riproduzzjoni vidjo)
2011/C 63/29
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht Düsseldorf
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: KMB Europe BV
Konvenuta: Hauptzollamt Duisburg
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Finanzgerich Düsseldorf — Interpretazzjoni tal-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382), kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1549/2006, tas-17 ta’ Ottubru 2006 (ĠU L 301, p. 1) — Apparat li jdoqq fajls MP3 (MP3 Media Player) — Apparat li għandu kapaċità limitata li jirriproduċi immaġini fissi u vidjos iżda li l-funzjoni prinċipali tiegħu hija r-riproduzzjoni tal-ħoss — Klassifikazzjoni fl-intestatura 8519 (“Tagħmir ta’ rrekordjar jew riproduzzjoni tal-ħoss”) jew fl-intestatura 8521 (“Apparat li jirrekordja jew jirriproduċi vidjo”) tan-Nomenklatura Magħquda.
Dispożittiv
L-intestatura 8521 tan-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1549/2006, tas-17 ta’ Ottubru 2006, għandha tiġi interpretata fis-sens li huma esklużi minn din l-intestatura l MP3/multimedia players, bħal dawk inwkistjoni fil-kawża prinċipali, li l-qorti tar-rinviju tikkonstata li l-funzjoni prinċipali li tikkaratterizza t-totalità ta’ tali apparat tikkonsisti fir-reġistrazzjoni u l-produzzjoni ta’ ħoss.