19.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 340/4


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta’ Ġunju 2011 — Agencja Wydawnicza Technopol sp. zoo vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-54/10 u C-55/10) (1)

(Appell - Trade mark Komunitarja - Rifjut ta’ reġistrazzjoni tas-sinjali “350”, “250”, “150”, “222”, “333” u “555” bħala trade marks għal perjodiċi, kotba u opuskoli tal-logħob - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 7(1)(ċ) - Karattru deskrittiv - Obbligu għall-UASI li jieħu inkunsiderazzjoni l-prassi deċiżjonali preċedenti tiegħu)

2011/C 340/07

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Agencja Wydawnicza Technopol sp. z o.o. (rappreżentant: D. Rzążewska, radca prawny)

Parti oħra fil-proċeduri: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (li issa saret il-Qorti Ġenerali, iktar ’il quddiem, il-“Qorti Ġenerali”) (It-Tieni Awla), tad-19 ta’ Novembru 2009 fil-Kawżi magħquda T-64/07 sa T-66/07, Agencja Wydawnicza Technopol vs UASI, fejn il-Qorti Ġenerali ċaħdet it-tliet rikorsi ppreżentati kontra d-deċiżjonijiet tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-21 ta’ Diċembru 2006 (Każijiet R 1033/2006-4, R 1034/2006-4 u R 1035/2006-4) dwar l-applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni tat-trade marks verbali 150, 250 u 350 bħala trade marks Komunitarji — Ksur tal-Artikoli 7(1)(ċ) u 76 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 146), kif issostitwit bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1) — Karattru deskrittiv ta’ trade marks li jikkonsistu esklussivament f’ċifri

Dispożittiv

(1)

L-appelli huma miċħuda.

(2)

Agencja Wydawnicza Technopol sp. z o.o. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 113, 01.05.2010.