|
8.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 379/6 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-16 ta’ Ottubru 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Awstrija
(Kawża C-614/10) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 95/46/KE - Trattament tad-data personali u moviment liberu ta’ din id-data - Protezzjoni tal-persuni fiżiċi - Artikolu 28(1) - Awtorità nazzjonali ta’ superviżjoni - Indipendenza - Awtorità ta’ superviżjoni u Kanċellerija Federali - Rabtiet personali u organizzazzjonali)
2012/C 379/09
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Martenczuk u B.-R. Killmann, aġenti)
Intervenjent insostenn tar-rikorrenti: Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD) (rappreżentanti: H. Kranenborg, I. Chatelier u H. Hijmans, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Awstrija (rappreżentant: G. Hesse, aġent)
Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze u J. Möller, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 28(1) tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-24 ta’ Ottubru 1995, dwar il-protezzjoni ta’ individwi (persuni fiżiċi) fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti Kapitolu 13, Vol. 15, p. 355) — Obbligu tal-Istati Membri li jiżguraw li l-awtoritajiet nazzjonali ta’ superviżjoni responsabbli mis-sorveljanza tat-trattament tad-data personali jeżerċitaw il-funzjonijiet tagħhom b’indipendenza sħiħa — Konnessjonijiet mill-qrib personali u organizzazzjonali bejn l-Awtorità ta’ superviżjoni u l-Kanċellerija Federali (Bundeskanzleramt) — Issuġġettar tal-Awtorità ta’ superviżjoni għas-sorveljanza tal-Kanċillier Federali
Dispożittiv
|
(1) |
Billi ma ħaditx il-miżuri kollha meħtieġa sabiex il-leġiżlazzjoni fis-seħħ fl-Awstrija tissodisfa l-kriterju ta’ indipendenza fir-rigward tad-Datenschutzkommission (il-Kummissjoni ta’ Protezzjoni tad-Data), b’mod partikolari, billi twaqqaf qafas regolamentari li permezz tiegħu
ir-Repubblika tal-Awstrija naqset mill-obbligi tagħha skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 28(1) tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-24 ta’ Ottubru 1995, dwar il-protezzjoni ta’ individwi (persuni fiżiċi) fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data. |
|
(2) |
Ir-Repubblika tal-Awstrija hija kkundannata għall-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea. |
|
(3) |
Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandhom ibatu l-ispejjeż proprji tagħhom. |