10.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 73/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-26 ta’ Jannar 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari min-Naczelny Sąd Administracyjny Izba Finansowa Wydział I — il-Polonja) — Minister Finansów vs Kraft Foods Polska SA)

(Kawża C-588/10) (1)

(Tassazzjoni - VAT - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 90(1) - Tnaqqis tal-prezz wara li tkun twettqet it-tranżazzjoni - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta t-tnaqqis fil-valur taxxabbli għall-kundizzjoni li l-fornitur ta’ merkanzija jew ta’ servizzi jkollu fil-pussess tiegħu dikjarazzjoni ta’ rċevuta, maħruġa mill-persuna li lilha jkunu ġew ipprovduti l-merkanzija jew is-servizzi, tal-fattura ta’ rettifika - Prinċipju ta’ newtralità tal-VAT - Prinċipju ta’ proporzjonalità)

2012/C 73/07

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Naczelny Sąd Administracyjny

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Minister Finansów

Konvenuta: Kraft Foods Polska SA

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Naczelny Sąd Administracyjny — Interpretazzjoni tal-Artikolu 90(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Valur taxxabbli — Tnaqqis tal-prezz wara li t-tranżazzjoni tkun seħħet — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta t-tnaqqis tal-valur taxxabbli għall-kisba ta’ fattura kkoreġuta u kkonfermata mill-parti kontraenti

Dispożittiv

Rekwiżit li jissuġġetta t-tnaqqis tal-valur taxxabbli, kif dan jirriżulta minn fattura inizjali, għall-pussess, mill-persuna taxxabbli, ta’ dikjarazzjoni ta’ rċevuta ta’ fattura ta’ rettifika maħruġa mill-persuna li lilha jkunu ġew ipprovduti l-merkanzija jew is-servizzi, jaqa’ taħt il-kunċett ta’ kundizzjoni li jinsab fl Artikolu 90(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud.

Il-prinċipji ta’ newtralità tat-taxxa fuq il-valur miżjud kif ukoll ta’ proporzjonalità ma jipprekludux, bħala prinċipju, tali rekwiżit. Madankollu, meta għall-persuna taxxabbli, fornitur ta’ merkanzija jew ta’ servizzi, jirriżulta impossibbli jew eċċessivament diffiċli li tiżgura li tirċievi, f’terminu raġonevoli, tali dikjarazzjoni ta’ rċevuta, din il-persuna taxxabbli ma tistax ma titħalliex tistabbilixxi, permezz ta’ mezzi oħra, quddiem l-awtoritajiet fiskali tal-Istat Membru kkonċernat, minn naħa, li hija aġixxiet bid-diliġenza neċessarja fiċ-ċirkustanzi tal-każ ineżami sabiex tiżgura li l-persuna li lilha ġew ipprovduti l-merkanzija jew is-servizzi jkollha fil-pussess tagħha l-fattura ta’ rettifika u li din saret taf b’din il-fattura u, min-naħa l-oħra, li t-tranżazzjoni inkwistjoni twettqet effettivament skont il-kundizzjonijiet indikati fl-imsemmija fattura ta’ rettifika.


(1)  ĠU C 89,19.03.2011