16.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 174/10 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-26 ta’ April 2012 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden — il-Pajjiżi l-Baxxi) — Staatssecretaris van Financiën vs L.A.C. van Putten (C-578/10), P. Mook (C-579/10), G. Frank (C-580/10)
(Kawżi magħquda C-578/10 sa C-580/10) (1)
(Artikoli 18 KE u 56 KE - Vetturi bil-mutur - Użu fi Stat Membru ta’ vettura bil-mutur tal-passiġġieri mislufa li hija rreġistrata fi Stat Membru ieħor - Tassazzjoni ta’ din il-vettura fl-ewwel Stat Membru meta tintuża l-ewwel darba fuq in-netwerk ta’ toroq nazzjonali)
2012/C 174/13
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Staatssecretaris van Financiën
Konvenuti: L.A.C. van Putten (C-578/10), P. Mook (C-579/10), G. Frank (C-580/10)
Suġġett
Talbiet għal deċiżjoni preliminari — Hoge Raad der Nederlanden — Interpretazzjoni tal-Artikolu 18 KE (li sar l-Artikolu 21 TFUE) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi taxxa ta’ reġistrazzjoni mal-ewwel użu ta’ vettura fuq in-netwerk tat-toroq nazzjonali — Issuġġettar għat-taxxa ta’ persuna residenti fl-Istat Membru inkwistjoni li ssellfet vettura rreġistrata fi Stat Membru ieħor mingħand persuna residenti fih, għal użu privat fuq perijodu qasir fl-ewwel Stat Membru
Dispożittiv
L-Artikolu 56 KE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li timponi fuq ir-residenti tiegħu li jkunu sellfu vettura rreġistrata fi Stat Membru ieħor lil resident ta’ dan tal-aħħar, mal-ewwel użu ta’ din il-vettura fuq in-netwerk ta’ toroq nazzjonali, il-ħlas tat-taxxa kollha, normalment dovuta mar-reġistrazzjoni ta’ vettura fl-ewwel Stat Membru, mingħajr ma jittieħed inkunsiderazzjoni t-tul tal-użu tal-imsemmija vettura fuq dan in-netwerk ta’ toroq u mingħajr ma din il-persuna tkun tista’ tinvoka ebda dritt ta’ eżenzjoni jew ta’ rimbors meta din il-vettura ma tkun intiża la sabiex tintuża essenzjalment fl-ewwel Stat Membru b’mod permanenti u lanqas, fil-fatt ma hija użata b’dan il-mod.