8.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 298/10 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-28 ta’ Lulju 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Awstrija
(Kawża C-548/10) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2007/2/KE - Politika tal-ambjent - Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (Inspire) - Skambju u aġġornament ta’ data fi format elettroniku - Traspożizzjoni inkompleta)
2011/C 298/18
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Alcover San Pedro u C. Egerer, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Awstrija (rappreżentant: C. Pesendorfer, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta jew jikkomunika, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-14 ta’ Marzu 2007, li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (Inspire) (ĠU L 108, p. 1)
Dispożittiv
(1) |
Billi ma adottatx, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-14 ta’ Marzu 2007, li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (Inspire), ir-Repubblika tal-Awstrija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva. |
(2) |
Ir-Repubblika tal-Awstrija hija kkundannata għall-ispejjeż. |