18.8.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 250/3 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-21 ta’ Ġunju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Nejvyšší soud České republiky — ir-Repubblika Ċeka) — Wolf Naturprodukte GmbH vs Sewar spol. s r.o.
(Kawża C-514/10) (1)
(Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali - Regolament (KE) Nru 44/2001 - Kamp ta’ applikazzjoni ratione temporis - Eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni mogħtija qabel l-adeżjoni tal-Istat ta’ eżekuzzjoni mal-Unjoni Ewropea)
2012/C 250/04
Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek
Qorti tar-rinviju
Nejvyšší soud České republiky
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Wolf Naturprodukte GmbH
Konvenuta: Sewar spol. s r. o
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Nejvyšší soud České republiky — Interpretazzjoni tal-Artikolu 66(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42) — Kamp ta’ applikazzjoni ratione temporis — Eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni mogħtija qabel l-adeżjoni tal-Istat ta’ eżekuzzjoni mal-Unjoni Ewropea
Dispożittiv
L-Artikolu 66(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex tkun fondata l-applikabbiltà ta’ dan ir-regolament għall-finijiet tar-rikonoxximent u tal-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni ġudizzjarja, huwa meħtieġ li, fil-mument li tingħata din id-deċiżjoni, dan ir-regolament kien fis-seħħ kemm fl-Istat Membru ta’ oriġini kif ukoll fl-Istat Membru mitlub.