18.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 250/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-21 ta’ Ġunju 2012 — BNP Paribas, Banca Nazionale del Lavoro SpA (BNL) vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-452/10 P) (1)

(Appell - Għajnuna mill-Istat - Skema ta’ riallinjament tal-valuri fiskali tal-assi - Settur bankarju - Tassazzjoni tal-profitti kapitali - Taxxa sostituttiva - Selettività)

2012/C 250/03

Lingwa tal-proċedura: it-Taljan

Partijiet

Appellanti: BNP Paribas, Banca Nazionale del Lavoro SpA (BNL) (rappreżentanti: R. Silvestri, G. Escalar u M. Todino, avukati)

Parti oħra fil-proċeduri: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci u D. Grespan, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tal-1 ta’ Lulju 2010, BNP Paribas u BNL vs Il-Kummissjoni (T-335/08), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/711/KE, tal-11 ta’ Marzu 2008, dwar l-għajnuna mill-Istat C 15/07 (ex NN 20/07) implementata mill-Italja, dwar inċentivi fiskali favur ir-ristrutturazzjoni ta’ ċerti istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU L 237, p. 70).

Dispożittiv

(1)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, tal-1 ta’ Lulju 2010, BNP Paribas u BNL vs Il-Kummissjoni (T-335/08), hija annullata talli kisret l-Artikolu 107(1) TFUE.

(2)

L-azzjoni ta’ BNP Paribas u ta’ Banca Nazionale del Lavoro SpA (BNL) hija miċħuda.

(3)

BNP Paribas, Banca Nazionale del Lavoro SpA (BNL) u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

(4)

BNP Paribas u Banca Nazionale del Lavoro SpA (BNL) huma kkundannati għall-ispejjeż sostnuti quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 317, 20.11.2010.