28.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 25/17


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-10 ta’ Novembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof — il-Ġermanja) — Finanzamt Lüdenscheid vs Christel Schriever

(Kawża C-444/10) (1)

(VAT - Sitt Direttiva - Artikolu 5(8) - Kunċett ta’ “trasferiment tal-assi kollha jew parti minnhom” - Trasferiment tal-proprjetà ta’ stokk ta’ merkanzija u ta’ tagħmir kummerċjali fl-istess ħin mal-kiri tal-bini kummerċjali)

(2012/C 25/28)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Finanzamt Lüdenscheid

Konvenuti: Christel Schriever

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesfinanzhof — Interpretazzjoni tal-Artikolu 5(8) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema Komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23) — Fakultà tal-Istati Membri li jeżentaw mill-VAT it-trasferiment tal-assi kollha — Kiri għal żmien indeterminat tal-bini kummerċjali ta’ ħanut bit-trasferiment lill-kerrej tal-proprjetà tal-istokk tal-merkanzija u tat-tagħmir kummerċjali tal-imsemmi ħanut — Possibbiltà li tranżazzjoni bħal din tiġi kklassifikata bħala “trasferiment tal-assi kollha” fis-sens tal-Artikolu 5(8) tad-Direttiva 77/388/KEE

Dispożittiv

L-Artikolu 5(8) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, għandu jiġi interpretat fis-sens li t-trasferiment tal-proprjetà tal-stokk tal-merkanzija u tat-tagħmir kummerċjali ta’ ħanut li jbigħ bl-imnut, li jsir fl-istess ħin mall-kiri, lill-persuna li favuriha jsir it-trasferiment, tal-bini tal-imsemmi ħanut għal tul indeterminat, iżda fejn il-kuntratt tal-kiri jista’ jiġi xolt fi żmien qasir miż-żewġ partijiet, jikkostitwixxi trasferiment tal-assi kollha jew ta’ parti minnhom, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, sakemm l-assi ttrasferiti jkunu suffiċjenti sabiex l-imsemmija persuna li favuriha sar it-trasferiment tkun tista’ tkompli fit-tul attività ekonomika awtonoma.


(1)  ĠU C 317, 20.11.2010