4.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-1 ta’ Diċembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) — Ir-Renju Unit) — Churchill Insurance Company Limited vs Benjamin Wilkinson u Tracy Evans vs Equity Claims Limited

(Kawża C-442/10) (1)

(Assigurazzjoni obbligatorja tar-responsabbiltà ċivili li tirriżulta mill-użu tal-vetturi - Direttiva 84/5/KEE - Artikoli 1(4) u 2(1) - Terzi li huma vittmi - Awtorizzazzjoni espressa jew impliċita għas-sewqan - Direttiva 90/232/KEE - L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1 - Direttiva 2009/103/KE - Artikoli 10, 12(1) u (13)(1) - Vittma ta’ inċident tat-traffiku li kien passiġġier f’vettura li fir-rigward tagħha jkun assigurat bħala sewwieq - Vettura misjuqa minn persuna li ma hijiex assigurata skont il-polza ta’ assigurazzjoni - Vittma assigurata li ma hijiex eskluża mill-benefiċċju tal-assigurazzjoni)

2012/C 32/17

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Churchill Insurance Company Limited, Tracy Evans

Konvenuti: Benjamin Wilkinson, Equity Claims Limited

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) — Interpretazzjoni tal-Artikoli 12(1) u 13(1) tad-Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Settembru 2009, dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà (ĠU L 263, p. 11) — Vittma ta’ inċident tat-triq li, fil-mument tal-inċident, ikun passiġġier tal-vettura li fir-rigward tagħha huwa assigurat bħala sewwieq iżda li tinsaq minn sewwieq mhux assigurat li ngħata awtorizzazzjoni biex isuq mingħand il-vittma — Dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali li għandhom bħala effett l-eskużjoni tal-vittma mill-benefiċċju tal-assigurazzjoni

Dispożittiv

(1)

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1 tat-Tielet Direttiva tal-Kunsill 90/232/KEE, tal-14 ta’ Mejju 1990, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur, u l-Artikolu 2(1) tat-Tieni Direttiva tal-Kunsill 84/5/KEE, tat-30 ta’ Diċembru 1983, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li jkollha bħala effett li teskludi, b’mod awtomatiku, l-obbligu tal-assiguratur li jikkumpensa vittma ta’ inċident tat-traffiku meta dan l-inċident ikun ikkawżat minn sewwieq li ma huwiex assigurat skont il-polza ta’ assigurazzjoni u din il-vittma, passiġġier fil-vettura fil-mument tal-inċident, ikollha assigurazzjoni sabiex issuq din il-vettura u tkun awtorizzat lis-sewwieq isuq tali vettura.

(2)

Ir-risposta għall-ewwel domanda ma hijiex differenti, skont jekk il-vittma assigurata kellhiex għarfien jew le tal-fatt li l-persuna li hija awtorizzat issuq kellhiex assigurazzjoni sabiex tagħmel dan, jekk kinitx temmen li tali persuna kellha assigurazzjoni u jekk ħasbitx jew le f’dan ir-rigward.


(1)  ĠU C 346, 18.12.2010