12.11.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 331/6 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-22 ta’ Settembru 2011 — Bell & Ross BV vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Klockgrossisten i Norden AB
(Kawża C-426/0 P) (1)
(Appell - Oriġinal iffirmat tar-rikors ippreżentat wara li skada t-terminu - Difett li jista’ jiġi rregolarizzat)
2011/C 331/08
Lingwa tal-proċedura: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Bell & Ross BV (rappreżentant: S. Guerlain, avukat)
Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent), Klockgrossisten i Norden AB
Suġġett
Appell mid-digriet tal-Qorti Ġenerali (Is Sitt Awla), tat 18 ta’ Ġunju 2010, Bell & Ross vs UASI — Klockgrossisten i Norden (T-51/10), li permezz tiegħu l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-UASI, tas 27 ta’ Ottubru 2009 (Każ R 1267/2008-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Klockgrossisten i Norden AB u Bell & Ross BV — Oriġinal iffirmat tar-rikors ippreżentat wara li skada t-terminu — Kunċett ta’ “żball skużabbli” u ta’ “każ fortuwitu” — Prinċipji ta’ aspettattivi leġittimi u ta’ propozjonalità — Inammissibbiltà manifesta
Dispożittiv
(1) |
L-appell huwa miċħud. |
(2) |
Bell & Ross BV għandha tbati l-ispejjeż. |