1.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 156/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Magna) tad-19 ta’ Marzu 2013 — Bouygues SA, Bouygues Télécom SA vs Il-Kummissjoni Ewropea et, Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Repubblika Franċiża vs Bouygues SA et (C-401/10 P)

(Kawżi magħquda C-399/10 P u C-401/10 P) (1)

(Appelli - Għajnuna mill-Istat - Miżuri finanzjarji favur France Télécom - Proġett ta’ self minn azzjonist - Dikjarazzjonijiet pubbliċi ta’ membru tal-gvern Franċiż - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u ma tordnax l-irkupru tagħha - Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat - Kunċett ta’ vantaġġ finanzjarju - Kunċett ta’ impenn tar-riżorsi tal-Istat)

2013/C 156/02

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

(Kawża C-399/10 P)

Appellanti: Bouygues SA, Bouygues Télécom SA (rappreżentanti: C. Baldon, J. Blouet-Gaillard, J. Vogel, F. Sureau u D. Theophile, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Giolito, D. Grespan u S. Thomas, aġenti), Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues u J. Gstalter, aġenti), France Télécom SA (rappreżentanti: inizjalment minn S. Hautbourg, S. Quesson u L. Olza Moreno, avukati, sussegwentement minn S. Hautbourg u S. Quesson, avukati), Association française des opérateurs de réseaux et services de télécommunications (AFORS Télécom)

Intervenjenti insostenn tar-Repubblika Franċiża: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze u J. Möller, aġenti, assisti minn U. Soltész, avukat)

(Kawża C-401/10 P)

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Giolito, D. Grespan u S. Thomas, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues u J. Gstalter, aġenti), Bouygues SA, Bouygues Télécom SA (rappreżentanti: C. Baldon, J. Blouet-Gaillard, J. Vogel, F. Sureau u D. Theophile, avukati), France Télécom SA (rappreżentanti: inizjalment minn S. Hautbourg, S. Quesson u L. Olza Moreno, avukati, sussegwentement minn S. Hautbourg u S. Quesson, avukati), Association française des opérateurs de réseaux et services de télécommunications (AFORS Télécom)

Intervenjenti insostenn tar-Repubblika Franċiża: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze u J. Möller, aġenti, assisti minn U. Soltész, avukat)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tal-21 ta’ Mejju 2010 (T-425/04, T-444/04, T-450/04 u T-456/04), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali annullat l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/621/KE, tat-2 ta’ Awwissu 2004, dwar l-għajnuna mill-Istat implementata minn Franza favur France Télécom (ĠU L 257, p. 11) — Klassifikazzjoni ta’ dikjarazzjonijiet magħmula minn membru tal-gvern u tal-ħlas bil-quddiem minn azzjonarju bħala “għajnuna”

Dispożittiv

(1)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-21 ta’ Mejju 2010, Franza et vs Il-Kummissjoni (T-425/04, T-444/04, T-450/04 u T-456/04), hija annullata.

(2)

Il-Kawżi T-425/04, T-444/04 u T-450/04 huma rrinvijati quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea sabiex din tkun tista’ tiddeċiedi fuq l-aggravji mqajma quddiemha u li dwarhom il-Qorti tal-Ġustizzja ma ppronunċatx ruħha.

(3)

L-ispejjeż huma rriżervati.


(1)  ĠU C 317, 20.11.2010