2.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 103/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-3 ta’ Frar 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża

(Kawża C-395/10) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2007/2/KE - Politika tal-ambjent - Infrastruttura għall-informazzjoni ġeografika - Skambju u aġġornamenti tad-data f’format elettroniku - Nuqqas ta’ adozzjoni ta’ miżuri nazzjonali ta’ traspożizzjoni)

2011/C 103/17

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Alcover San Pedro u V. Peere, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues u S. Menez, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji biex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-14 ta’ Marzu 2007, li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (Inspire) (ĠU L 108, p. 1)

Dispożittiv

(1)

Billi ma adottatx, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-14 ta’ Marzu 2007, li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (Inspire), ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva.

(2)

Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 274, 9.10.2010.