17.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 370/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-27 ta’ Ottubru 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja

(Kawża C-362/10) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2003/98/KE - Użu mill-ġdid ta’ informazzjoni tas-settur pubbliku - Traspożizzjoni inkorretta jew nuqqas ta’ traspożizzjoni ta’ ċerti artikoli fit-terminu previst)

2011/C 370/21

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. La Pergola u K. Herrmann, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentant: M. Szpunar, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mal-Artikoli 2, 3, 4, 6, 7, 8, 10 u 11 tad-Direttiva 2003/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta’ Novembru 2003, dwar l-użu mill-ġdid ta’ informazzjoni tas-settur pubbliku (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 32, p. 701)

Dispożittiv

(1)

Billi ma adottatx, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tittrasponi fl-ordinament ġuridiku Pollakk l-Artikoli 2 sa 4, 6 sa 8 kif ukoll 10 u 11 tad-Direttiva 2003/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta’ Novembru 2003, dwar l-użu mill-ġdid ta’ informazzjoni tas-settur pubbliku, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt dawn l-artikoli.

(2)

Ir-Repubblika tal-Polonja hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 301, 06.11.2010