2.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 103/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-17 ta’ Frar 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju

(Kawża C-321/10) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2007/2/KE - Politika ambjentali - Infrastruttura għall-informazzjoni ġeografika fil-Komunità Ewropea (INSPIRE) - Skambju u aġġornament ta’ data f’format elettroniku - Traspożizzjoni inkompleta)

2011/C 103/15

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: J. Sénéchal, aġent)

Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: T. Materne u M. Jacobs, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta jew jikkomunika, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal- Kunsill, tal-14 ta’ Marzu 2007, li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (Inspire) (ĠU L 108, p. 1)

Dispożittiv

(1)

Billi ma adottax, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-14 ta’ Marzu 2007, li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (Inspire), ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-imsemmija direttiva.

(2)

Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 246, 11.9.2010.