18.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 49/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-21 ta’ Diċembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Vestre Landsret — id-Danimarka) — Danske Svineproducenter vs Justitsministeriet

(Kawża C-316/10) (1)

(It-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE - Regolament (KE) Nru 1/2005 - Protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport - Trasport f’vetturi ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi suwina - Għoli minimu tal-kompartimenti - Spezzjoni matul il-vjaġġ - Densità tat-tagħbija - Dritt tal-Istati Membri li jadottaw regoli dettaljati)

2012/C 49/11

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Vestre Landsret

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Danske Svineproducenter

Konvenuta: Justitsministeriet

Fil-preżenza ta’: Union européenne du commerce de bétail et de la viande

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Vestre Landsret — Interpretazzjoni tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 249 KE (li sar it-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE) u tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005, tat-22 ta’ Diċembru 2004, dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport u operazzjonijiet relatati u li temenda d-Direttivi 64/432/KEE u 93/119/KE u r-Regolament (KE) Nru 1255/97 (ĠU L 3, p. 1) — Dritt tal-Istati Membri li jadottaw regoli nazzjonali dettaljati dwar l-għoli minimu tal-kompartimenti, l-għoli ta’ spezzjoni u d-densità tat-tagħbija f’vetturi li jittrasportaw il-ħnieżer.

Dispożittiv

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005, tat-22 ta’ Diċembru 2004, dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport u operazzjonijiet relatati u li jemenda d-Direttivi 64/432/KEE u 93/119/KE u r-Regolament (KE) Nru 1255/97 għandu jiġi interpretat fis-sens li:

dan ir-regolament ma jipprekludix l-adozzjoni, minn Stat Membru, ta’ regoli applikabbli għat-trasport bit-triq ta’ ħnieżer li, sabiex isaħħaħ iċ-ċertezza legali, jippreċiża, fir-rigward tal-għan ta’ protezzjoni tal-benesseri tal-annimali u mingħajr ma jiġu stabbiliti kriterji eċċessivi f’dan ir-rigward, l-eżiġenzi previsti mill-imsemmi regolament f’dak li jikkonċerna l-għoli intern minimu tal-kompartimenti intiżi għall-annimali, sakemm dawn ir-regoli ma jwasslux għal spejjeż żejda jew diffikultajiet tekniċi b’mod li jisfavorixxu jew lill-produtturi tal-Istat Membru li jkunu adottaw dawn ir-regoli, jew il-produtturi tal-Istati Membri l-oħra li jixtiequ jesportaw il-prodotti tagħhom lejn jew permezz l-ewwel Stat Membru, li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika;

dan ir-regolament jipprekludi l-adozzjoni, minn Stat Membru, ta’ regoli applikabbli għat-trasport bit-triq ta’ ħnieżer li jippreċiżaw l-eżiġenzi previsti mill-imsemmi regolament dwar l-aċċess għall-annimali sabiex jiġu kkontrollati regolarment il-kundizzjonijiet ta’ benesseri, li jikkonċernaw biss il-vjaġġi ta’ iktar minn tmien siegħat;

dan ir-regolament ma jipprekludix l-adozzjoni minn Stat Membri, ta’ regoli li jipprovdu li, f’każ ta’ trasport ta’ ħnieżer bit-triq, l-annimali għandu jkollhom spazju minimu varjabbli skont il-piż tagħhom, fejn dan l-ispazju jkun, għal kull annimal ta’ 100 kg, ta’ 0.42 m2 meta l-vjaġġ ikun ta’ inqas minn tmien siegħat u ta’ 0.50 m2 għal vjaġġ li jdum iktar.


(1)  ĠU C 234, 28.08.2010.