|
21.4.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 118/2 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-1 ta’ Marzu 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Naczelny Sąd Administracyjny — Il-Polonja) — Kopalnia Odkrywkowa Polski Trawertyn P. Granatowicz, M. Wąsiewicz, spółka jawna vs Dyrektor Izby Skarbowej w Poznaniu
(Kawża C-280/10) (1)
(VAT - Direttiva 2006/112/KE - Artikoli 9, 168, 169 u 178 - Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa għal tranżazzjonijiet li jsiru fid-dawl tat-twettiq ta’ proġett ta’ attività ekonomika - Xiri ta’ art mill-imsieħba ta’ soċjetà - Fatturi maħruġa qabel ir-reġistrazzjoni tas-soċjetà li titlob it-tnaqqis)
2012/C 118/02
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Naczelny Sąd Administracyjny
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Kopalnia Odkrywkowa Polski Trawertyn P. Granatowicz, M. Wąsiewicz, spółka jawna
Konvenut: Dyrektor Izby Skarbowej w Poznaniu
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Naczelny Sąd Administracyjny — Interpretazzjoni tal-Artikoli 9, 168 u 169 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa għal tranżazzjonijiet li jsiru fid-dawl tat-twettiq ta’ proġett ta’ attività ekonomika iżda qabel ir-reġistrazzjoni ta’ soċjetà — Xiri ta’ art mill-imsieħba sussegwenti
Dispożittiv
|
(1) |
L-Artikoli 9, 168 u 169 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tippermettix la lill-imsieħba ta’ soċjetà u lanqas lil din is-soċjetà li japplikaw dritt għal tnaqqis tat-taxxa tal-input fuq il-valur miżjud imħallsa fuq spejjeż tal-investiment li jkunu saru, minn dawn l-imsieħba, qabel il-ħolqien u r-reġistrazzjoni ta’ din is-soċjetà, għall-bżonnijiet u fid-dawl tal-attività ekonomika tagħha. |
|
(2) |
L-Artikoli 168 u 178(a) tad-Direttiva 2006/112 għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li skont din, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, it-taxxa tal-input fuq il-valur miżjud imħallsa ma tistax tiġi dedotta minn soċjetà meta l-fattura, maħruġa qabel ir-reġistrazzjoni u l-identifikazzjoni ta’ din is-soċjetà għall-finijiet tat-taxxa fuq il-valur miżjud, tkun inħarġet f’isem l-imsieħba tagħha. |