4.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-8 ta’ Diċembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden — Il-Pajjiżi l-Baxxi) — Residex Capital IV CV vs Gemeente Rotterdam

(Kawża C-275/10) (1)

(Artikolu 88(3) KE - Għajnuna mill-Istat - Għajnuna mogħtija taħt forma ta’ garanzija lil min isellef sabiex ikun jista’ jagħti kreditu lil min jissellef - Ksur tar-regoli ta’ proċedura - Obbligu ta’ rkupru - Nullità - Setgħat tal-qorti nazzjonali)

2012/C 32/13

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Residex Capital IV CV

Konvenuta: Gemeente Rotterdam

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Hoge Raad der Nederlanden — Għajnuna mill-Istat — Interpretazzjoni tal-Artikolu 108(3) TFUE — Għajnuna mogħtija bħala garanzija lil min isellef sabiex ikun jista’ jagħti kreditu lil min jissellef — Ksur tar-regoli tal-proċedura — Ġurisdizzjoni tal-qrati nazzjonali

Dispożittiv

L-aħħar sentenza tal-Artikolu 88(3) KE għandha tiġi interpretata fis-sens li l-qrati nazzjonali huma ġurisdizzjoni sabiex jannullaw garanzija f’sitwazzjoni bħal dik tal-kawża prinċipali, li fiha għajnuna illegali ġiet eżegwita permezz ta’ garanzija mogħtija minn awtorità pubblika sabiex tkopri self mogħti minn kumpannija finanzjarja għall-benefiċċju ta’ impriża li ma setgħetx tikseb tali finanzjament taħt kundizzjonijiet normali tas-suq. Fl-eżerċizzju ta’ din il-ġurisdizzjoni, l-imsemmija qrati għandhom jiżguraw l-irkupru tal-għajnuna u, għal dan il-għan, huma jistgħu jannullaw il-garanzija b’mod partikolari meta, fin-nuqqas ta’ miżuri proċedurali inqas vinkolanti, dan l-annullament ikun tali li jagħti lok jew jiffaċilita li tiġi stabbilita mill-ġdid is-sitwazzjoni kompetittiva li tippreċedi l-għoti ta’ din il-garanzija.


(1)  ĠU C 246, 11.9.2010.