9.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 165/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-19 ta’ April 2012 — Artegodan GmbH vs Il-Kummissjoni Ewropea, Ir Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-221/10 P) (1)

(Appell - It-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE - Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni - Kundizzjonijiet - Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi - Deċiżjoni dwar l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet ta’ tqegħid fis-suq ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem li jkun fihom l-amfepramone)

2012/C 165/05

Lingwa tal-proċedura: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Artegodan GmbH (rappreżentanti: U. Reese, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Stromsky u M. Heller, aġenti), Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla), tat-3 ta’ Marzu 2010, fil-Kawża T-429/05, Artegodan vs Il-Kummissjoni, li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors għad-danni ppreżentat skont l-Artikolu 235 KE u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE, intiż sabiex jinkiseb kumpens għal dannu allegatament subit mir-rikorrenti minħabba l-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2000) 453, tad-9 ta’ Marzu 2000, dwar l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet ta’ tqegħid fis-suq ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem li jkun fihom l-amfepramone — Ksur tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE — Evalwazzjoni żbaljata tal-kriterji dwar l-eżistenza ta’ ksur suffiċjentement serju tad-dritt tal-Unjoni

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Artegodan GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż


(1)  ĠU C 195, 17.07.2010.