|
10.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 73/2 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-26 ta’ Jannar 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Hamburg — il-Ġermanja) — ADV Allround Vermittlungs AG, fi stralċ vs Finanzamt Hamburg-Bergedorf
(Kawża C-218/10) (1)
(VAT - Sitt Direttiva - Artikoli 9, 17 u 18 - Determinazzjoni tal-post tal-provvista ta’ servizzi - Kunċett ta’ “provvista ta’ persunal” - Ħaddiema li jaħdmu għal rashom - Neċessità li tiġi żgurata evalwazzjoni identika tal-provvista ta’ servizzi fir-rigward tal-fornitur u fir-rigward tad-destinatarju)
2012/C 73/02
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht Hamburg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: ADV Allround Vermittlungs AG, fi stralċ
Konvenut: Finanzamt Hamburg-Bergedorf
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Finanzgericht Hamburg — Interpretazzjoni tas-sitt inċiż tal-Artikolu 9(2)(e), tal-Artikolu 17(1), (2)(a) u 3(a), kif ukoll tal-Artikolu 18(1)(a) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23) — Determinazzjoni tal-post ta’ tassazzjoni ta’ provvista li tqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ destinatarju ta’ servizz persunal li jaħdem għal rasu, li ma huwiex impjegat mill-fornitur — Kunċett ta’ “persunal” — Neċessità li tiġi żgurata evalwazzjoni identika tal-issuġġettar ta’ operazzjoni għall-VAT fir-rigward tal-fornitur ta’ servizz, minn naħa, u tad-destinatarju ta’ dan is-servizz, min-naħa l-oħra
Dispożittiv
|
(1) |
Is-sitt inċiż tal-Artikolu 9 (2)(e) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “provvista ta’ persunal” imsemmi f’din id-dispożizzjoni jkopri wkoll il-provvista ta’ persunal li jaħdem għal rasu, li ma huwiex impjegat mill-imprenditur fornitur. |
|
(2) |
L-Artikoli 17(1)(2)(a) u 3(a), kif ukoll 18(1)(a) tas-Sitt Direttiva 77/388 għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jimponux lill-Istat Membri jemendaw ir-regoli proċedurali interni tagħhom b’mod li jiżguraw li n-natura taxxabbli ta’ provvista ta’ servizzi u t-taxxa fuq il-valur miżjud dovuta fuq dan is-servizz ikunu evalwati bl-istess mod fir-rigward tal-fornitur u tad-destinatarju ta’ dan is-servizz anki meta dawn jaqaw taħt il-ġurisdizzjoni ta’ amministrazzjonijiet fiskali differenti. Madankollu, dawn id-dispożizzjonijiet jobbligaw lill-Istati Membri jadottaw il-miżuri neċessarji sabiex jiġu żgurati l-ġbir eżatt tat-taxxa fuq il-valur miżjud u l-osservanza tal-prinċipju ta’ newtralità fiskali. |