10.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 269/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (it-Tmien Awla) tal-14 ta’ Lulju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Düsseldorf — il-Ġermanja) — Paderborner Brauerei Haus Cramer KG vs Hauptzollamt Bielefeld

(Kawża C-196/10) (1)

(Tariffa Doganali Komuni - Nomenklatura magħquda - Klassifika tat-tariffi - Intestaturi 2203 u 2208 - Bażi ta’ birra mix-xgħir intiża għall-produzzjoni ta’ xarba mħallta)

2011/C 269/23

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Paderborner Brauerei Haus Cramer KG

Konvenuta: Hauptzollamt Bielefeld

Suġġett

Talb għal deċiżjoni preliminari — Finanzgericht Düsseldorf — Interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, kif emendata bir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 2031/2001, tas-6 ta’ Awwissu 2001 (ĠU L 279, p. 1) u (KE) Nru 1832/2002, tal-1 ta’ Awwissu 2002 (ĠU L 290, p. 1) — Bażi ta’ birra mix-xgħir (“malt beer base”) b’livell ta’ alkoħol ta’ 14 % li tinkiseb minn birra ffermentata permezz ta’ trattament speċjali li jinkludi filtrazzjoni u ultrafiltrazzjoni, u intiża għall-produzzjoni ta’ xarba mħallta ta’ birra — Klassifikazzjoni fl-intestatura 2203 jew fl-intestratura 2208 tan-nomenklatura magħquda?

Dispożittiv

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2587/91, tas-26 ta’ Lulju 1991, għandu jiġi interpretat fis-sens li likwidu bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali bl-isem ta’ “malt beer base”, li għandu livell ta’ alkoħol ta’ 14 % u li jinkiseb minn birra ffermentata, ippurifikata, u wara suġġetta għal ultrafiltrazzjoni li permezz tagħha titnaqqas il-konċentrazzjoni ta’ ingredjenti bħas-sustanzi morri u ta’ proteini, għandu jiġi kklassifikat fl-intestatura 2208 tan-NM li tinsab fl-Anness I tal-imsemmi regolament kif emendat.


(1)  ĠU C 161, 19.06.2010.