2.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Mejju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Kammergericht Berlin — il-Ġermanja) — Berliner Verkehrsbetriebe (BVG), Anstalt des öffentlichen Rechts vs JPMorgan Chase Bank N.A., Frankfurt Branch

(Kawża C-144/10) (1)

(Ġurisdizzjoni f’materji ċivili - Artikoli 22(2) u 27 tar-Regolament (KE) Nru 44/2001 - Ġurisdizzjoni esklużiva tal-qrati tal-Istat fejn tinsab is-sede biex jieħdu konjizzjoni ta’ kawżi dwar il-validità ta’ deċiżjonijiet tal-korpi tal-kumpanniji - Portata - Kawża mressqa minn persuna ġuridika rregolata mid-dritt pubbliku intiża li tikkonstata n-nullità ta’ kuntratt minħabba l-allegata invalidità ta’ deċiżjonijiet tal-korpi tagħha relatati mal-konklużjoni ta’ dan il-kuntratt - Lis pendens - Obbligu tat-tieni qorti li quddiemha tressqet il-kawża li tissospendi l-proċeduri - Portata)

2011/C 194/07

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Kammergericht Berlin

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Berliner Verkehrsbetriebe (BVG), Anstalt des öffentlichen Rechts

Konvenut: JPMorgan Chase Bank N.A., Frankfurt Branch

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Kammergericht Berlin — Interpretazzjoni tal-Artikoli 22(2) u 27 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42) — Ġurisdizzjoni esklużiva tal-qrati tal-Istat fejn tinsab is-sede fir-rigward ta’ kawżi dwar il-validità tad-deċiżjonijiet tal-korpi tal-kumpanniji — Applikabbiltà ta’ din ir-regola ta’ ġurisdizzjoni esklużiva għal kawża mressqa minn persuna ġuridika rregolata mid-dritt pubbliku intiża li tikkonstata n-nullità ta’ kuntratt minħabba l-allegata invalidità ta’ deċiżjonijiet tal-korpi tagħha relatati mal-konklużjoni ta’ dan il-kuntratt

Dispożittiv

L-Artikolu 22(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa ma japplikax għal kawża li fil-kuntest tagħha kumpannija tinvoka n-nuqqas ta’ infurzabbiltà ta’ kuntratt fir-rigward tagħha, minħabba l-allegata invalidità, abbażi ta’ ksur tal-istatuti tagħha, ta’ deċiżjoni tal-organi tagħha li wasslet għall-konklużjoni tiegħu.


(1)  ĠU C 148, 05.06.2010.