9.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 165/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-19 ta’ April 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi

(Kawża C-141/10) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Artikoli 39 KE sa 42 KE - Moviment liberu tal-persuni - Regolament (KEE) Nru 1408/71 - Sigurtà soċjali tal-ħaddiema migranti - Rifjut ta’ ħlas ta’ ċerti benefiċċji - Ħaddiema impjegati fuq riggijiet taż-żejt fil-Pajjiżi l-Baxxi - Ammissibbiltà tar-rikors)

2012/C 165/03

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Kreuschitz u M. van Beek, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentant: C.M. Wissels, aġent)

Parti intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes u E. Silveira, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 3(1) u 13(2)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 35) u tal-Artikoli 45 sa 48 TFUE — Rifjut ta’ ħlas ta’ ċerti benefiċċji lil ħaddiema ċittadini ta’ Stati Membri tal-Unjoni Ewropea impjegati fuq riggijiet taż-żejt fil-Pajjiżi l-Baxxi.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

(2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.

(3)

Ir-Repubblika Portugiża għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 161, 19.06.2010