30.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 130/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-3 ta’ Marzu 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju

(Kawża C-134/10) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2002/22/KE - Artikolu 31 - Kriterji għall-għoti tal-istatus ta’ benefiċċjarju tal-obbligu ta’ xandir - Għanijiet ta’ interess ġenerali li jippermettu l-għoti ta’ dan l-istatus - Impatt tan-numru ta’ utenti finali tan-netwerks ta’ komunikazzjoni fuq l-għoti tal-imsemmi status - Prinċipju ta’ proporzjonalità)

2011/C 130/12

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Nijenhuis u C. Vrignon, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: M. Jacobs u T. Materne, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Traspożizzjoni inkorretta tal-Artikolu 31 tad-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Servizz Universali) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 367) — Kriterji għall-għoti tal-iskema ta’ trasmissjoni bir-radju u t-televiżjoni, magħrufa bħala “must carry” — Għanijiet ta’ interess ġenerali li jippermettu l-għoti ta’ din l-iskema — Impatt tan-numru ta’ utenti finali tan-netwerks ta’ komunikazzjonijiet fuq l-għoti tal-imsemmija skema — Prinċipju ta’ proporzjonalità

Dispożittiv

(1)

Billi ma ttrasponiex korrettament l-Artikolu 31 tad-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Servizz Universali), ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt id-dispożizzjonijiet tal-imsemmija direttiva u tal-Artikolu 56 TFUE.

(2)

Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 161, 19.06.2010.