|
29.9.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 295/2 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-19 ta’ Lulju 2012 — Il- Parlament Ewropew vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-130/10) (1)
(Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Regolament (KE) Nru 881/2002 - Regolament (UE) Nru 1286/2009 - Miżuri restrittivi kontra persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama Bin Laden, man-netwerk Al-Qaida u mat-Taliban - Iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi - Għażla tal-bażi legali - Artikoli 75 TFUE u 215 TFUE - Dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona - Dispożizzjonijiet tranżitorji - Pożizzjonijiet komuni u deċiżjonijiet PBSK - Proposta konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u tal-Kummissjoni)
2012/C 295/03
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Il Parlament Ewropew (rappreżentanti: E. Perillo, K. Bradley, A. Auersperger Matić u U. Rösslein, aġenti)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop u R. Szostak, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-parti konvenuta: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek, E. Ruffer u K. Najmanová, aġenti), Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues u A. Adam, aġenti), Ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti: A. Falk u C. Meyer-Seitz, aġenti), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Boelaert u M. Konstantinidis, aġenti)
Suġġett
Rikors għal annullament — Annullament tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1286/2009, tat-22 ta’ Diċembru 2009, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban (ĠU L 346, p. 42) — Għażla tal-bażi legali
Dispożittiv
|
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
(2) |
Il-Parlament Ewropew huwa kkundannat għall ispejjeż. |
|
(3) |
Ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika Franċiża, ir-Renju tal-Isvezja u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l ispejjeż rispettivi tagħhom. |