28.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 25/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-17 ta' Novembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Hof van Cassatie van België — il-Belġju) — Procureur-generaal bij het Hof van Beroep te Antwerpen vs Zaza Retail BV

(Kawża C-112/10) (1)

(Regolament (KE) Nru 1346/2000 - Proċedimenti ta’ falliment - Ftuħ ta’ proċedimenti territorjali ta’ falliment - Kundizzjonijiet stabbiliti mil-liġi nazzjonali applikabbli li timpedixxi l-ftuħ ta’ proċedimenti priniċpali ta’ falliment - Kreditur awtorizzat li jitlob il-ftuħ ta’ proċedimenti territorjali ta’ falliment)

(2012/C 25/11)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hof van Cassatie van België

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Procureur-generaal bij het Hof van Beroep te Antwerpen

Konvenuta: Zaza Retail BV

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Hof van Cassatie van België — Interpretazzjoni tal-Artikolu 3(4)(a) u (b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000, tad-29 ta’ Mejju 2000, dwar proċedimenti ta’ falliment (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 1, p. 191) — Ġurisdizzjoni internazzjonali għal ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment — Ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jkun jinsab wieħed mill-istabbilimenti tad-debitur iżda mhux iċ-ċentru tal-interessi prinċipali tiegħu — Kunċett ta’ “kondizzjonijiet meħtieġa” u ta’ “kreditur”

Dispożittiv

(1)

L-espressjoni “kondizzjonijiet meħtieġa”, li tidher fl-Artikolu 3(4)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000, tad-29 ta’ Mejju 2000, dwar proċedimenti ta’ falliment, u li tirreferi għall-kundizzjonijiet li jimpedixxu, skont il-liġi tal-Stat Membru li fit-territorju tiegħu d-debitur ikollu ċ-ċentru tal-interessi prinċipali tiegħu, il-ftuħ ta’ proċedimenti prinċipali ta’ falliment f’dan l-Istat, għandha tiġi interpretata fis-sens li hija ma tikkunsidrax il-kundizzjonijiet li jeskludu persuni speċifiċi mill-ambitu ta’ dawk awtorizzati li jitolbu l-ftuħ ta’ proċedimenti bħal dawn.

(2)

Il-kelma “kreditur”, li tidher fl-Artikolu 3(4)(b) tal-imsemmi regolament, u li tiddefinixxi l-ambitu tal-persuni awtorizzati li jitolbu l-ftuħ ta’ proċedimenti territorjali ta’ falliment, għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tinkludix l-awtorità ta’ Stat Membru li, skont id-dritt nazzjonali tiegħu, għandha bħala funzjoni li taġixxi fl-interess ġenerali, imma li ma tintervjeni la bħala kreditur, u lanqas f’isem jew għall-kredituri.


(1)  ĠU C 113, 01.05.2010.