22.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 311/10 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-6 ta’ Settembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari mit-Tribunale Ordinario di Venezia — L-Italja) — Ivana Scattolon vs Ministero dell’Università e della Ricerca
(Kawża C-108/10) (1)
(Politika soċjali - Direttiva 77/187/KEE - Salvagwardja tad-drittijiet tal-ħaddiema fil-każ ta’ trasferimenti ta’ impriżi - Kunċetti ta’ “impriża” u ta’ “trasferiment” - Ċedent u ċessjonarju taħt id-dritt pubbliku - Applikazzjoni, sa mid-data tat-trasferiment, tal-ftehim kollettiv fis-seħħ fis-servizz taċ-ċessjonarju - Salarju - Teħid inkunsiderazzjoni tal-anzjanità fi grad miksuba fis-servizz taċ-ċedent)
2011/C 311/12
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale Ordinario di Venezia
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Ivana Scattolon
Konvenut: Ministero dell’Università e della Ricerca
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunale Ordinario di Venezia — Kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 77/187/KEE, tal-14 ta’ Frar 1977, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-ħaddiema fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji (ĠU L 61, p. 26) u tad-Direttiva 2001/23/KE, tat-12 ta’ Marzu 2001, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 98) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 77/187/KEE — Trasferiment tal-persunal amministrattiv tat-tindif ta’ amministrazzjoni lokali għal amministrazzjoni tal-istat — Salvagwardja tad-drittijiet inkluż fosthom l-anzjanità fis-servizz miksuba fi ħdan l-entità lokali
Dispożittiv
(1) |
It-teħid lura, minn awtorità pubblika ta’ Stat Membru, tal-persunal impjegat minn awtorità pubblika oħra u inkarigata mill-provvista, lil skejjel, ta’ servizzi awżiljarji li jinkludu b’mod partikolari funzjonijiet ta’ manutenzjoni u ta’ assistenza amministrattiva, jikkostitwixxi trasferiment ta’ impriża li jaqa’ taħt id-Direttiva tal-Kunsill 77/187/KEE, tal-14 ta’ Frar 1977, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-ħaddiema fil-każ ta’ trasferimenti ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ negozji, ladarba l-imsemmi persunal ikun ikkostitwit minn grupp organizzat ta’ impjegati li huma protetti bħala ħaddiema skont id-dritt ta’ dan l-Istat Membru. |
(2) |
Meta trasferiment fis-sens tad-Direttiva 77/187 iwassal għall-applikazzjoni immedjata, għall-ħaddiema ttrasferiti, tal-ftehim kollettiv fis-seħħ fi ħdan iċ-ċessjonarju, u l-kundizzjonijiet ta’ remunerazzjoni previsti minn dan il-ftehim ikunu marbuta b’mod partikolari mal-anzjanità fi grad, l-Artikolu 3 ta’ din id-direttiva jipprekludi li l-ħaddiema ttrasferiti jbatu, meta titqabbel is-sitwazzjoni immedjatament preċedenti għat-trasferiment tagħhom, minn tnaqqis fis-salarju sostanzjali minħabba l-fatt li l-anzjanità fi grad tagħhom miksuba fis-servizz taċ-ċedent, ekwivalenti għal dik miksuba minn ħaddiema fis-servizz taċ-ċessjonarju, ma titteħidtx inkunsiderazzjoni meta tiġi ddeterminata l-pożizzjoni inizjali tas-salarju tagħhom fis-servizz taċ-ċessjonarju. |