22.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-8 ta’ Settembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank van eerste aanleg te Brussel — il-Belġju) — Q-Beef NV (C-89/10), Frans Bosschaert (C 96/10) vs Belgische Staat (C 89/10), Belgische Staat, Vleesgroothandel Georges Goossens en Zonen NV, Slachthuizen Goossens NV (C-96/10)

(Kawża C-89/10 u C-96/10) (1)

(Taxxi inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni - Taxxi mħallsa skont sistema ta’ appoġġ finanzjarju u ta’ ġbir iddikjarata kuntrarja għad-dritt tal-Unjoni - Sistema sostitwita minn sistema ġdida meqjusa kompatibbli - Ħlas lura ta’ taxxi indebitament miġbura - Prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività - Tul tat-terminu ta’ preskrizzjoni - Bidu tad-dekorrenza tat-terminu ta’ preskrizzjoni - Dies a quo - Djun li għandhom jiġu rkuprati mingħand l-Istat u mingħand individwi - Termini differenti)

2011/C 311/11

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank van eerste aanleg te Brussel

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Q-Beef NV (C-89/10), Frans Bosschaert (C-96/10)

Konvenuta: Belgische Staat (C-89/10), Belgische Staat, Vleesgroothandel Georges Goossens en Zonen NV, Slachthuizen Goossens NV (C-96/10)

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Rechtbank van eerste aanleg te Brussel — Interpretazzjoni tad-dritt Komunitarju dwar il-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività — Taxxi nazzjonali inkompatibbli mad-dritt Komunitarju — Taxxi mħallsa skont sistema ta’ sostenn finanzjarju u ta’ kontribuzzjonijiet iddikjarata inkompatibbli mad-dritt Komunitarju — Sistema sostitwita b’sistema ġdida meqjusa kompatibbli — Rifużjoni ta’ taxxi indebitament miġbura — Terminu ta’ preskrizzjoni

Dispożittiv

(1)

Id-dritt tal-Unjoni ma jipprekludix, f’ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali, l-applikazzjoni ta’ terminu ta’ preskrizzjoni ta’ ħames snin, previst fl-ordinament ġuridiku intern għad-djun dovuti mill-Istat, fir-rigward ta’ azzjonijiet għall-irkupru ta’ taxxi li tħallsu bi ksur tad-dritt tal-Unjoni skont “sistema mħallta ta’ għajnuna u ta’ taxxi”.

(2)

Id-dritt tal-Unjoni ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li, f’ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali, tagħti lil individu terminu itwal sabiex jikseb l-irkupru ta’ taxxi mingħand individwu ieħor li aġixxa bħala intermedjarju, li ħallashom indebitament lilu u li sussegwentement ħallashom f’isem l-ewwel individwu għall-benefiċċju tal-Istat, filwaqt li, jekk dan l-individwu kien iħallas dawn it-taxxi direttament lil dan tal-aħħar, l-azzjoni ta’ dan l-individwu kienet tkun suġġetta għal terminu iqsar, li jidderoga mis-sistema ta’ dritt komuni tal-azzjoni għall-irkupru ta’ pagament mhux dovut, peress li l-individwi li jaġixxu bħala intermedjarji jibbenefikaw jistgħu effettivmanet jitlobu lill-Istat Membru l-ammonti eventwalment mħallsa għall-benefiċċju ta’ individwi oħrajn.

(3)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, il-konstatazzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja, f’sentenza mogħtija wara rinviju għal deċiżjoni preliminari, tal-inkompatibbiltà tan-natura retroattiva tal-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni mad-dritt tal-Unjoni ma għandhiex effett fuq il-bidu tad-dekorrenza tat-terminu ta’ preskrizzjoni previst fl-ordinament ġuridiku intern għad-djun dovuti mill-Istat.


(1)  ĠU C 113, 01.05.2010.