10.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 269/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-14 ta’ Lulju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Højesteret — id-Danimarka) — Viking Gas A/S vs Kosan Gas A/S, li kienet BP Gas A/S

(Kawża C-46/10) (1)

(Trade marks - Direttiva 89/104/KEE - Artikoli 5 u 7 - Ċilindri tal-gass protetti bħala trade mark tridimensjonali - Tqegħid fis-suq permezz ta’ liċenzja esklużiva - Attività ta’ kompetitur tal-persuna li għandha liċenzja li tikkonsisti fil-mili ta’ dawn iċ-ċilindri)

2011/C 269/17

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Højesteret

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Viking Gas A/S

Konvenuta: Kosan Gas A/S, li qabel kienet BP Gas A/S

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Højesteret — Interpretazzjoni tal-Artikoli 5 u 7 tal-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1988, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol 1, p. 92) — Tqegħid fis-suq minn persuna li għandha liċenzja esklużiva ta’ ċilindru tal-gass magħmul minn materjal kompost li l-forma tiegħu hija rreġistrata bħala trade mark tridimensjonali nazzjonali u Komunitarja kkostitwita mill-kontenitur — Attività ta’ kompetitur tal-persuna li għandha l-liċenzja li tikkonsisti fil-mili taċ-ċilindri tal-gass magħmula minn materjal kompost tal-persuna li għandha l-liċenzja u fil-bejgħ ta’ gass f’dawn iċ-ċilindri wara li jkun waħħal sticker fuqhom li tindika li ċ-ċilindru mtela mill-kompetitur iżda mingħajr ma jneħħi t-trade marks figurattiva u verbali tal-persuna li għandha liċenzja esklużiva

Dispożittiv

L-Artikoli 5 u 7 tal-ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1988, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jippermettux lil persuna li għandha liċenzja esklużiva għall-użu ta’ ċilindri tal-gass komposti intiżi sabiex jintużaw mill-ġdid, li l-forma tagħhom hija protetta bħala trade mark tridimensjonali u li din il-persuna twaħħal magħhom isimha u l-logo tagħha, irreġistrati bħala trade marks verbali u figurattiva, li topponi li dawn iċ-ċilindri,wara li jkunu nxtraw minn konsumaturi li sussegwentement, użaw il-gass li inizjalment kien jinsab fihom, jiġu mibdula minn terz, bi ħlas, ma’ ċilindri komposti mimlija bil-gass li ma humiex ġejjin minn din il-persuna li għandha liċenzja, sakemm din l-istess persuna li għandha liċenzja ma tkunx tista’ tibbaża fuq raġuni ġusta fis-sens tal-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 89/104.


(1)  ĠU C 80, 27.03.2010.