29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-24 ta’ Novembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-40/10) (1)

(Rikors għal annullament - Regolament (UE, Euratom) Nru 1296/2009 - Adattament annwali tal-pagi u tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u tal-membri l-oħra tal-persunal tal-Unjoni Ewropea - Metodu ta’ adattament - Artikolu 65 - Artikoli 1 u 3 sa 7 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal - Klawżola ta’ eċċezzjoni - Artikolu 10 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal - Setgħa diskrezzjonali tal-Kunsill - Adattament differenti minn dak propost mill-Kummissjoni - Klawżola ta’ reviżjoni li tippermetti l-adattament intermedjarju tal-pagi)

2011/C 30/15

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall, G. Berscheid u J.-P. Keppenne, aġenti)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u D. Waelbroeck, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-parti rikorrenti: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: S. Seyr u M. A. Neergaard, aġenti)

Suġġett

Rikors għal annullament — Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1296/2009, tat-23 ta’ Diċembru 2009, li jaġġusta b’effett mill-1 ta’ Lulju 2009 ir-rimunerazzjoni [pagi] u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u l-ħaddiema l-oħra tal-Unjoni Ewropea u kif ukoll il-koeffiċjenti korrettivi applikati għalihom (ĠU L 348, p. 10) — Nuqqas ta’ osservanza tal-metodu ta’ aġġustament annwali tal-pagi u tal-pensjonijiet għal perijodu ta’ referenza — Ksur tal-Artikolu 65 tar-Regolamenti tal-Persunal kif ukoll tal-Artikoli 1 u 3 sa 7 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal — Setgħa diskrezzjonali tal-Kunsill — Protezzjoni tal-aspettativi leġittimi u tal-prinċipju “pater legem quam ipse fecisti” — Klawżola ta’ reviżjoni li tippermetti l-aġġustament intermedjarju tal-pagi.

Dispożittiv

(1)

L-Artikoli 2 u 4 sa 18 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1296/2009, tat-23 ta’ Diċembru 2009, li jaġġusta b’effett mill-1 ta’ Lulju 2009 ir-rimunerazzjoni [il-pagi] u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u l-ħaddiema l-oħra tal-Unjoni Ewropea u kif ukoll il-koeffiċjenti korrettivi applikati għalihom, huma annullati.

(2)

L-effett tal-Artikoli 2 u 4 sa 17 tar-Regolament Nru 1296/2009 jibqa’ jeżisti sad-dħul fis-seħħ ta’ regolament ġdid tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea sabiex tiġi żgurata l-eżekuzzjoni ta’ din is-sentenza.

(3)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż.

(4)

Ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Franċiża, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Renju tal-Olanda, ir-Renju tal-Iżvezja u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq kif ukoll il-Parlament Ewropew għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 51, 27.02.2010