20.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 317/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-30 ta’ Settembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju

(Kawża C-36/10) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttivi 96/82/KE u 2003/105/KE - Kontroll ta’ perikoli ta’ aċċidenti kbar fl-użu ta’ sustanzi perikolużi - It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 12(1) - Traspożizzjoni inkorretta)

2010/C 317/23

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Sipos u J.-B. Laignelot, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentant: T. Materne, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas milli jadotta d-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE, tad-9 ta’ Diċembru 1996, dwar il-kontroll ta’ perikoli ta’ aċċidenti kbar fl-użu ta’ sustanzi perikolużi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 2, p. 410)

Dispożittiv

(1)

Billi ma adottax, fit-terminu previst, il-miżuri kollha sabiex jittrasponi korrettament it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 12(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE, tad-9 ta’ Diċembru 1996, dwar il-kontroll ta’ perikoli ta’ aċċidenti kbar fl-użu ta’ sustanzi perikolużi, kif emendata bid-Direttiva 2003/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 2003, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva.

(2)

Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat għall-ispejjez.


(1)  ĠU C 80, 27.03.2010.