10.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 269/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-21 ta’ Lulju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice (England & Wales), Queen’s Bench Division (Administrative Court) — ir-Renju Unit) — Nickel Institute vs Secretary of State for Work and Pensions)

(Kawża C-14/10) (1)

(Ambjent u ħarsien tas-saħħa tal-bniedem - Direttiva 67/548/KEE - Regolament (KE) Nru 1272/2008 - Klassifikazzjoni tal-karbonati tan-nikel, tal-idrossidi tan-nikel kif ukoll ta’ diversi sustanzi miġbura fi gruppi bi bażi ta’ nikel bħala sustanzi perikolużi - Validità tad-Direttivi 2008/58/KE u 2009/2/KE kif ukoll tar-Regolament (KE) Nru 790/2009 - Adattament ta’ dawn il-klassifikazzjonijiet għall-progress tekniku u xjentifiku - Validità - Metodi ta’ evalwazzjoni tal-proprjetajiet intrinsiċi tal-imsemmija sustanzi - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Bażi legali - Obbligu ta’ motivazzjoni)

2011/C 269/14

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Justice (England & Wales), Queen’s Bench Division (Administrative Court)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Nickel Institute

Konvenut: Secretary of State for Work and Pensions

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — High Court of Justice (England & Wales), Queen’s Bench Division (Administrative Court) — Validità, fir-rigward tar-rikwalifikazzjoni tal-karbonati tan-nikel bħala sustanza kanċeroġenika, tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/58/KE, tal-21 ta’ Awwissu 2008, li temenda, bil-għan li tadatta għall-progress tekniku, għat-30 darba, d-Direttiva tal-Kunsill Nru 67/548/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d dispożizzjonijiet amministrattivi rigward il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkjettar tas-sustanzi perikolużi (ĠU L 246, p. 1) u tar-Regolament tal Kummissjoni (KE) Nru 790/2009, tal-10 ta’ Awwissu 2009, li jemenda, għall-finijiet tal-addattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (ĠU L 235, p. 1) — Evalwazzjoni mhux xierqa tal-proprjetajiet intrisiċi tal-karbonati tan-nikel meta mqabbla mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness VI għad-Direttiva 67/548/KE.

Dispożittiv

Mill-eżami tad-domandi preliminari jirriżulta li ma hemm l-ebda element ta’ natura li jaffettwa l-validità minn naħa, tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/58/KE, tal-21 ta’ Awwissu 2008, li tipprovdi t-tletin adattament għall-progress tekniku tad-Direttiva 67/548 rigward l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar ta’ sustanzi perikolużi, u tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/2/KE, tal-15 ta’ Jannar 2009, li temenda, bil-għan li tadattaha għall-progress tekniku, għall-31 darba, id-Direttiva 67/548/KEE rigward l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar ta’ sustanzi perikolużi, kif ukoll, min-naħa l-oħra, tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 790/2009, tal-10 ta’ Awwissu 2009, li jemenda, għall-finijiet tal-addattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, inkwantu dawn id-direttivi u dan ir-regolament ikklassifikaw bħala kanċeroġeniċi għall-bniedem, ta’ kategorija 1, mutaġeniċi ta’ kategorija 3 u reprotossiċi ta’ kategorija 2 is-sustanzi bħalma huma ċerti karbonati tan-nikel, l-idrossidi tan-nikel u sustanzi oħra miġbura fi gruppi b’bażi ta’ nikel inkwistjoni fil-kawża prinċipali.


(1)  ĠU C 63, 13.03.2010