27.2.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 51/43 |
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 2009 — Gemmi Furs vs UASI — Lemmi-Fashion (GEMMI)
(Kawża T-522/09)
2010/C 51/79
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Gemmi Furs Oy (Loviisa, il-Finlandja) (rappreżentant: J. Tanhuanpää, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Lemmi-Fashion Vertriebsgesellschaft mbH & Co. Bekleidungs KG (Fritzlar, il-Ġermanja)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-21 ta’ Ottubru 2009 fil-Każ R 1372/2008-4; |
— |
tiċħad l-oppożizzjoni magħmula mill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell; |
— |
taċċetta r-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja kkonċernata, “GEMMI”, għall-prodotti kollha fil-klassi 25, u dan skont l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja magħmula mill-applikant; |
— |
tordna lill-konvenut iħallas l-ispejjeż tal-applikant, inklużi dawk sostnuti quddiem il-Bord tal-Appell; u |
— |
tordna lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell tħallas l-ispejjeż tal-applikant, inklużi dawk sostnuti quddiem il-Bord tal-Appell, fl-eventwalità li tiddeċiedi li tintervjeni f’din il-kawża. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark “GEMMI” għal prodotti fil-klassijiet 18, 24 u 25
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-reġistrazzjoni Ġermaniża tat-trade mark “LEMMI”, għal prodotti fil-klassi 25; ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark “LEMMI fashion”, għal prodotti fil-klassi 25; trade mark preċedenti mhux irreġistrata “LEMMI”, użata fil-kummerċ fil-Ġermanja fir-rigward ta’ ħwejjeġ
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda kompletament
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni appellata annullata u applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja kkonċernata miċħuda għal prodotti fil-klassi 25
Motivi invokati: ksur tar-Regola 19(2)(a)(i) u (ii) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95 (1), sa fejn il-Bord tal-Appell ma indirizzax b’mod korrett u/jew b’mod suffiċjenti l-mod kif ġew issostanzjati drittijiet preċedenti; ksur tar-Regola 22(3) tar-Regolament Nru 2868/95, sa fejn il-Bord tal-Appell ma evalwax b’mod korrett u/jew b’mod suffiċjenti l-prova tal-użu prodotta; ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, sa fejn il-Bord tal-Appell: (i) ma evalwax b’mod korrett ix-xebh bejn it-trade marks ikkonċernati; u (ii) ma evalwax b’mod korrett il-livell ta’ attenzjoni tal-pubbliku rilevanti; ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009, sa fejn il-Bord tal-Appell naqas milli jagħti lill-applikant l-opportunità sabiex jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu dwar il-provi intiżi sabiex jissostanzjaw drittijiet preċedenti; ksur tal-prinċipji tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, ta’ trattament ugwali u ta’ legalità.
(1) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95, tat-13 ta’ Diċembru 1995, li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 189)