27.2.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 51/35 |
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Diċembru 2009 — Inovis vs UASI — Sonaecom (INOVIS)
(Kawża T-502/09)
2010/C 51/68
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Inovis, Inc. (Alpharetta, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: R. Black u B. Ladas, solicitors)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Sonaecom — Serviços de Communicações, S.A. (Maia, il-Portugall)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-14 ta’ Settembru 2009, fil-Każ R 1691/2008-1; |
— |
tordna lill-Bord tal-Appell tal-UASI sabiex jirreġistra l-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja; u |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk tar-rikorrenti. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “INOVIS”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 35, 38 u 42
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: reġistrazzjoni għat-trade mark verbali Portugiża “NOVIS”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 35, 37, 38, 41 u 42
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħha
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009 billi l-Bord tal-Appell żbalja meta: (i) injora d-differenzi ċari bejn il-prodotti u s-servizzi koperti rispettivament mit-trade marks ikkonċernati u, b’mod partikolari, meta kkunsidra b’mod żbaljat li t-trade mark ta’ qabel kienet tkopri l-klassijiet 9 u 42, filwaqt li r-reġistrazzjoni għal dawn il-klassijiet kienet ġiet irrifjutata mill-Uffiċċju tat-trade marks Portugiż, u li, fi kwalunkwe każ, din ir-reġistrazzjoni ma ġietx ipprovata matul il-proċedimenti; (ii) injora d-differenzi kunċettawli bejn it-trade marks ikkonċernati; u (iii) iddeċieda li kien hemm possibbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks ikkonċernati.