13.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/43


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Diċembru 2009 — Leali vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-489/09)

2010/C 37/60

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Leali SpA (Odolo, l-Italja) (rappreżentant: G. Belotti, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2002) 7492, tat-30 ta’ Settembru 2009, fil-Każ COMP/37.956 — Vireg tal-ħadid li jsaħħu l-konkrit, adozzjoni mill-ġdid.

tnaqqas l-ammont tal-multa.

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawża T-472/09, SP vs Il-Kummissjoni.