19.12.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 312/39 |
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Ottubru 2009 — centrotherm Clean Solutions vs UASI — Centrotherm Systemtechnik (CENTROTHERM)
(Kawża T-427/09)
2009/C 312/65
Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: centrotherm Clean Solutions GmbH & Co. KG (Blaubeuren, il-Ġermanja) (rappreżentant: O. Löffel, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Centrotherm Systemtechnik GmbH (Brilon, il-Ġermanja)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-25 ta’ Awwissu 2009, fil-Każ R 6/2008-4, safejn tiġi miċħuda t-talba għal revoka għall-prodotti li ġejjin:
|
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark verbali “CENTROTHERM” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 11, 17, 19 u 42 (Trade mark Komunitarja Nru 1 301 013)
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Centrotherm Systemtechnik GmbH
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellament: dikjarazzjoni ta’ revoka tat-trade mark Komunitarja
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni anullata parzjalment u dikjarazzjoni parzjali ta’ revoka tat-trade mark Komunitarja
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1), flimkien mar-Regola 40(5) u r-Regola 22(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 (2), peress li l-provi mressqa fir-rigward tal-użu tat-trade mark mill-proprjetarju kienu suffiċjenti sabiex jiġi kkonstatat l-użu effettiv tat-trade mark inkwistjoni, skont l-Artikolu 15 tar-Regolament Nru 207/2009
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 2009, L 78, p. 1)
(2) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95, tat-13 ta’ Diċembru 1995, li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali: Kapitolu 17, Volum 01, p. 189)