21.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 282/60 |
Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Settembru 2009 — Luciano Bianchin vs UASI — Grotto (GASOLINE)
(Kawża T-380/09)
2009/C 282/111
Lingwa tar-rikors: It-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Luciano Bianchin (Asolo, l-Italja) (rappreżentanti: G. Massa u P. Massa, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Grotto SpA (Chiuppano, l-Italja)
Talbiet tar-rikorrent
— |
Tannulla d-deċiżjoni tat-13 ta’ Lulju 2009 għall-motivi kollha esposti u tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż; |
— |
tordna l-produzzjoni tal-fajls tal-proċedimenti Nru B 7630410, Nru 000002087/C, Nru R1455/2008-2. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: Trade mark verbali “GASOLINE” (applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 2 901 064) għal prodotti fil-klassi 9
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrent
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: GROTTO S.p.A.
Dritt tat-trade mark tal-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità: Trade mark figurattiva Taljana li għandha l-element verbali “GAS (keep it simple)” (irreġistrata taħt in-Nru 959 343 u n-Nru 876 729) għal, inter alia, prodotti fil-klassi 9, u trade mark figurattiva Komunitarja li fiha l-element verbali “GAS” (Nru 2 867 463) għal prodotti fil-klassi 9.
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: Talba milqugħa u r-reġistrazzjoni tat-trade mark inkwistjoni ddikjarata invalida
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud
Motivi invokati: Nuqqas totali ta’ rilevanza tal-Artikolu 8(1)(b) u l-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.